YouVersion Logo
Search Icon

2 SAMWEL 9

9
Kapitlu 9
David u bin Ġonatan
1U David staqsa: “Hemm xi ħadd li għadu ħaj mid-dar ta’ Sawl, biex nurih imħabbti f’ġieħ Ġonatan?”#1 Sam 18,1-4; 2 Sam 21,1-14. 2Kien hemm qaddej mid-dar ta’ Sawl, li kien jismu Siba. U sejħulu għal quddiem David, u s-sultan staqsieh: “Inti Siba?” u dak wieġeb: “Qaddej tiegħek!”#2 Sam 16,1-4; 19,27-31. 3U s-sultan qallu: “Fadal xi ħadd mid-dar ta’ Sawl biex nagħmel miegħu l-ħniena ta’ Alla?”#2 Sam 4,4. 4U Siba wieġeb lis-sultan: “Għad fadal bin Ġonatan, zopp minn riġlejh it-tnejn.” U s-sultan issokta jgħidlu: “Fejn hu?” U Siba wieġeb lis-sultan: “Qiegħed fid-dar ta’ Makir bin Għammijel f’Lodebar.”#2 Sam 17,27.
5U s-sultan David bagħat għalih u ġabuh mid-dar ta’ Makir bin Għammijel minn Lodebar. 6U Mefiboset bin Ġonatan, bin Sawl, resaq quddiem David u niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima. U David qal: “Mefiboset!” U dak wieġbu: “Qaddej tiegħek!” 7U David qallu: “La tibżax, għax se nagħmel ħniena miegħek f’ġieħ Ġonatan missierek; irroddlok lura l-oqsma kollha ta’ missierek Sawl, u inti tiekol mill-mejda tiegħi għal dejjem.” 8U niżel wiċċu fl-art quddiemu u tah qima u qallu: “X’inhu l-qaddej tiegħek biex inti dawwart wiċċek lejn kelb mejjet bħali?”#1 Sam 24,15.
9U s-sultan sejjaħ lil Siba, il-qaddej ta’ Sawl, u qallu: “Kulma kellu Sawl u d-dar tiegħu tajtu lil bin sidek. 10Inti taħdimlu r-raba’, inti u wliedek u l-qaddejja tiegħek; u int iġġib il-frott lil bin sidek, ħalli dar sidek ikollhom x’jieklu; imma Mefiboset bin Sidek jibqa’ jiekol dejjem mill-mejda tiegħi.” Siba, li kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej, 11wieġeb lis-sultan: “Kulma ordna sidi s-sultan lill-qaddej tiegħu, hekk jagħmel il-qaddej tiegħu.” U Mefiboset baqa’ jiekol mill-mejda tas-sultan bħallikieku wieħed minn uliedu. 12Mefiboset kellu tifel żgħir jismu Mika; u dawk kollha li kienu joqogħdu f’dar Siba kienu qaddejja ta’ Mefiboset.#1 Kron 8,34. 13U Mefiboset kien joqgħod Ġerusalemm, għax kien jiekol mill-mejda tas-sultan, u kien zopp minn riġlejh it-tnejn.#2 Sam 21,7.

Currently Selected:

2 SAMWEL 9: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in