YouVersion Logo
Search Icon

2 SAMWEL 8

8
Kapitlu 8
Ir-rebħ ta’ David
1Ġara li wara dan David ħabat għall-Filistin u għelibhom u ħadilhom minn taħt idejhom il-belt ta’ Meteg-ħa-amma.#1 Kron 18,1-17. 2Kisser ukoll lil Mowab, meddhom fl-art u qieshom bil-ħabel; qies żewġt iħbula għall-mewt#8,2: Qies żewġt iħbula għall-mewt: qatel żewġ terzi minnhom. Il-ħabel kien iservi biex ikejlu r-raba’; bil-Malti: ħabel raba’., u ħabel wieħed ħalliehom ħajjin. Hekk il-Mowabin sfaw suġġetti għal David u kellhom iħallsu l-ħaraġ. 3Rebaħ ukoll David lil Ħadad-għeżer bin Reħob, sultan ta’ Soba, meta dan mar biex iwaqqaf saltnatu sax-xmara#8,3: Sax-Xmara: l-Ewfrat..#2 Sam 10,15-19.#2 Sam 10,6; 1 Slat 11,23. 4David ħadlu elf u seba’ mitt rikkieb u għoxrin elf fanterija. U David qata’ l-għeruq ta’ għarqub iż-żwiemel kollha tal-karrijiet, imma ħalla sħaħ minnhom għal mitt karru.#Dt 17,16; Ġoż 11,6-9. 5Aram ta’ Damasku mar jgħin lil Ħadad-għeżer, sultan ta’ Soba, u David ħabat għal Aram u qered minnhom tnejn u għoxrin elf raġel. 6Imbagħad David qiegħed għases f’Aram ta’ Damasku, u hekk l-Aramin saru suġġetti għal David, u bdew iħallsu l-ħaraġ. U l-Mulej kien jgħin lil David f’kulma kien jidħol għalih.
7U David ħa t-tarkiet tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja ta’ Ħadad-għeżer, u ġiebhom f’Ġerusalemm. 8Minn Betaħ imbagħad, u minn Berotaj, bliet ta’ Ħadad-għeżer, is-sultan David ħa ħafna ram.
9U Togħi, is-sultan ta’ Ħamat, sar jaf li David qered il-forza kollha ta’ Ħadad-għeżer, 10u bagħat lil ibnu Ġoram għand is-sultan David biex iselli għalih u jifraħlu talli ħabat għal Ħadad-għeżer u qerdu - għax Ħadad-għeżer kien miġġieled ma’ Togħi. U Ġoram ġieb f’idu tagħmir tal-fidda u tagħmir tad-deheb u tagħmir tar-ram. 11U s-sultan David ikkonsagrahom lill-Mulej flimkien mal-fidda u d-deheb li kien ikkonsagra wara li ħadhom mingħand il-ġnus li kien rebaħ, 12jiġifieri, minn Aram, minn Mowab, mingħand ulied Għammon, mill-Filistin, minn Għamalek, u mill-priża ta’ Ħadad-għeżer bin Reħob, sultan ta’ Soba.
13Wara li kien#8,13: Wara li kien …: Skont il-verżjoni Griega, mhux l-oriġinali Lhudi li hu oskur. raġa’ lura mix-xebgħa li kien ta lil Aram, David għamel isem ukoll billi qered tmintax-il elf ruħ mill-Edomin f’Wied il-Melħ.#2 Slat 14,7. 14U mbagħad ħalla għases f’Edom; u Edom kollha waqgħet taħt il-ħakma ta’ David.
Hekk il-Mulej kien irebbaħ lil David f’kulma kien jidħol għalih.#1 Slat 11,14-25.
L-amministrazzjoni
15U David kien isaltan fuq Iżrael kollu, u kien jagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja mal-poplu kollu tiegħu.#2 Sam 20,23-26; 1 Slat 4,1-6; 1 Kron 18,14-17.
16U Ġowab bin Seruja kien jikkmanda l-eżerċtu; u Ġosafat bin Aħilud kien segretarju;#2 Sam 20,23-26; 1 Slat 4,1-6. 17u Sadok bin Aħitub u Aħimelek bin Abjatar kienu qassisin; u Sisa kien kronista. 18Benajja bin Ġojada, kien fuq il-Keretin u l-Peletin; ulied David, imbagħad, kienu qassisin.#2 Sam 15,18; 20,7; 23,20.

Currently Selected:

2 SAMWEL 8: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in