YouVersion Logo
Search Icon

2 SAMWEL 7

7
Kapitlu 7
Il-wegħda tal-Mulej
1Meta s-sultan David mar joqgħod f’daru, u l-Mulej serrħu mill-għedewwa kollha ta’ madwaru,#1 Kron 17,1-27.#Dt 12,10; 25,19; 1 Slat 5,4. 2is-sultan qal lil Natan il-profeta: “Issa, ara jiena qiegħed f’dar taċ-ċedru, u l-arka ta’ Alla qiegħda f’nofs ta’ tinda!” 3U qal Natan lis-sultan: “Kulma għandek fi ħsiebek li tagħmel, mur agħmlu, għax il-Mulej miegħek.”#S 132,1-5. 4Imma dak il-lejl stess ġiet il-kelma tal-Mulej lil Natan u qallu: 5“Mur għid lill-qaddej tiegħi David: ‘Dan jgħid il-Mulej: Se tibnili int dar biex noqgħod fiha?#1 Slat 5,17; 8,16; 1 Kron 22,8; 28,3; Is 66,1; Atti 7,48. 6Jiena ma għammart f’ebda dar minn mindu tellajt lil ulied Iżrael mill-Eġittu sal-lum. Jiena kont niġġerra f’tinda u f’għarix#7,6: F’tinda u f’għarix: minn Eż 40,17-35 nindunaw li l-Lhud kienu jiddistingwu bejn ’oħel u mixkan. X’aktarx li din id-distinzjoni kienet projezzjoni lura fiż-żmien mit-tempju ta’ Salamun.. 7F’dak iż-żmien kollu li kont niġġerra ’l hawn u ’l hinn ma’ wlied Iżrael, qatt għedt lil xi ħadd mill-kapijiet ta’ Iżrael li jien kont qabbadt jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael: Għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru?’#Eż 40,34-38.
8“U issa għid lill-qaddej tiegħi David: ‘Dan jgħid il-Mulej#7,8: Dan jgħid il-Mulej: din il-profezija messjanika torbot mas-sensiela ta’ profeziji oħra ta’ qabilha: Ġen 3,15; 49,10; Num 24,17. Isemmiha s-Salmista: S 89,20-38; 132. Il-familja ta’ David wirtet il-wegħdiet tal-imgħoddi. tal-eżerċti: Ara, jiena ħadtek mill-mergħat minn wara l-imrieħel biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.#1 Sam 16,11; 17,15-20; S 78,70-71; 89,28; Għam 7,14. 9Dejjem kont miegħek f’kulma kont tidħol għalih; u meta int qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek. Issa jiena nibnilek isem kbir jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja.#S 89,27. 10Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża’, u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħalma għamlu sa minn dejjem, 11jiġifieri sa minn meta qajjimt l-imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u nserrħek mill-għedewwa tiegħek kollha.
‘Lilek imbagħad il-Mulej jagħtik kelma li jibnilek dar.#2 Sam 23,5; 1 Slat 2,4-24; S 89,30-38; 132,11-12. 12U meta inti ttemm żmienek, u tkun striħajt ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu.#Dt 8,5; 1 Slat 5,19; 8,19; 1 Kron 17,11-14; 22,10; 28,6; 2 Kron 7,18; S 89,27-28; Lq 1,32; Atti 2,30; Lhud 1,5. 13Huwa jibni dar lil ismi, u jiena nsaħħaħ it-tron tas-saltna tiegħu għal dejjem. 14Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben. Jekk jagħmel il-ħażin, jiena nwiddbu bl-istess bastun tal-bnedmin, u bid-daqqiet li jagħtu l-bnedmin. 15Imma t-tjieba tiegħi lejh qatt ma nwarrabha għalkollox minnu, bħalma warrabtha minn ma’ Sawl li jiena begħedt minn quddiemek.#1 Sam 13,14; 15,26-28; 2 Sam 23,5; 2 Slat 19,34; 1 Kron 17,11-14; S 89,34. 16Il-familja tiegħek u s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi#7,16: Quddiemi: skont il-verżjoni Griega. Fit-test Lhudi naqraw quddiemek.. It-tron tiegħek jibqa’ sħiħ għal dejjem.’ ”#2 Sam 23,5; Dan 2,45; 1 Mak 2,57; Mk 11,10; Lq 1,32-33; Lhud 1,8.
17Natan kellem lil David skont dan il-kliem u din il-viżjoni.
David quddiem il-Mulej
18Imbagħad David mar quddiem il-Mulej, u qal: “Min jien jien, Sidi Mulej, u min hi l-familja tiegħi, biex wassaltni sa hawn?#1 Kron 17,16-27.#1 Sam 18,18. 19Imma dan kien għadu ftit f’għajnejk, Sidi Mulej; u issa tkellimt ukoll mill-familja tal-qaddej tiegħek għal żmien li għadu ’l bogħod. U dan turih lill-bniedem, Sidi Mulej!
20“U x’jista’ jgħidlek David, iżjed, int taf il-qaddej tiegħek, Sidi Mulej. 21Int imxejt skont il-wegħda tiegħek, u qalbek, u għarraft dan il-kobor kollu lill-qaddej tiegħek. 22Għalhekk int kbir, Sidi Mulej. Tassew ma hawn ħadd daqsek, u ebda alla ieħor ħliefek skont ma smajna b’widnejna.#Eż 15,11; Is 45,5. 23U liema poplu ieħor fid-dinja hu bħal Iżrael, il-poplu tiegħek, li Alla nqala’ biex jifdih u jagħmlu l-poplu tiegħu, u jagħtih isem, u permezz tiegħu jagħmel għalih ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb bħal meta int keċċejt il-ġnus u allathom minn quddiem il-poplu tiegħek, li int fdejt mill-Eġittu?#Dt 4,34; S 44,2-3. 24Int waqqaft il-poplu tiegħek Iżrael bħala poplu tiegħek għal dejjem; int, Mulej, sirt Alla tagħhom.#Eż 6,7; Dt 7,6; 26,17; 29,12.
25“U issa, Mulej Alla, il-kelma li int għedt dwar il-qaddej tiegħek u l-familja tiegħu, żommha għal dejjem, u agħmel kif għedt. 26B’hekk ismek ikun imfaħħar għal dejjem b’dan il-kliem: ‘Il-Mulej tal-eżerċti hu Alla fuq Iżrael!’ U l-familja tal-qaddej tiegħek David tibqa’ sħiħa quddiemek.
27“Għaliex int, Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael, għarraft lill-qaddej tiegħek u għedtlu: ‘Jiena nibnilek dar.’ Għalhekk il-qaddej tiegħek għamel il-qalb li jagħmillek din it-talba. 28U issa, Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi sewwa, u int wegħedt dan il-ġid lill-qaddej tiegħek.#Num 23,19; Ġw 17,17. 29Qum u bierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa’ sħiħa quddiemek għal dejjem! Għax int, Sidi Mulej, tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem minħabba fil-barka tiegħek.”

Currently Selected:

2 SAMWEL 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in