YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 11

11
Kapitlu 11
Pawlu u l-profeti foloz
1Mhux li kontu tieħdu ftit paċenzja bil-bluha tiegħi! Naf, iva, li tieħdu paċenzja bija. 2Jiena għajjur għalikom bl-istess għira ta’ Alla: għax jiena għarrastkom lil għarus wieħed, bħallikieku kontu xebba safja biex irressaqkom quddiem Kristu.#Ef 5,26-27. 3Jiena nibża’ li, bħalma s-serp qarraq b’Eva bil-ħażen tiegħu, hekk fehmietkom jitħassru mis-sempliċità u s-safa#11,3: Jitħassru mis-sempliċità u s-safa: u s-safa nieqsa minn xi Mss. tagħhom fi Kristu.#Ġen 3,13. 4Għax jekk xi ħadd jiġi jxandar Ġesù ieħor, mhux dak li xandarnielkom aħna, jew tieħdu Spirtu ieħor, barra dak li ħadtu, jew xi Evanġelju ieħor barra dak li lqajtu, intom kontu tistabru bih.#Gal 1,8-9. 5Naħseb li jien m’iniex inqas minn dawn l-appostli kbar.#1 Kor 15,10; 2 Kor 12,11; Gal 2,6. 6Jekk jien ma ninqalax fil-kliem, ninqala’ fl-għerf; dan aħna wrejnihulkom bid-dieher b’kull mod u quddiem kulħadd.#1 Kor 1,17; 2,1-13; Ef 3,4.
7Jaqaw għamilt xi dnub meta jien ċekkint lili nnifsi biex intom togħlew? Meta ħabbartilkom l-Evanġelju ta’ Alla b’xejn?#1 Kor 9,12-18. 8Neżżajt il-knejjes l-oħra, billi ħadt mingħandhom l-għajxien tiegħi biex naqdi lilkom;#2 Kor 8,1-4; Fil 4,15. 9u meta ġejt għandkom u ġejt fil-bżonn, ma dejjaqt lil ħadd. Għall-ħtiġiet tiegħi ħasbu fuq li ħasbu l-aħwa li ġew mill-Maċedonja. F’kollox ġibt ruħi b’mod li ma nkunx ta’ piż għalikom, u hekk nibqa’ nġib ruħi.#2 Kor 12,13. 10Fuq il-verità ta’ Kristu li hemm fija, din ir-raġuni għall-ftaħir tiegħi ma jeħodhieli ħadd fl-inħawi tal-Akaja.#1 Kor 9,15. 11Għaliex? Għax ma nħobbkomx? Alla jaf li jien inħobbkom.
12Dak li qiegħed nagħmel, nibqa’ nagħmlu, sabiex naqta’ l-okkażjoni lil dawk li qegħdin ifittxu okkażjoni biex f’dak li huma jiftaħru bih jinstabu bħalma aħna aħna. 13Dawk l-appostli foloz, ħaddiema qarrieqa, ibiddlu lilhom infushom f’appostli ta’ Kristu.#Fil 3,2. 14Mhux għaġeb, għax Satana stess jitbiddel f’anġlu tad-dawl. 15Mhijiex ħaġa kbira, mela, jekk il-qaddejja tiegħu jitbiddlulek bħallikieku kienu qaddejja tal-ġustizzja. Iżda tmiemhom ikun skont għemilhom.
X’għadda minn għala Pawlu
16Nerġa’ ngħidilkom, ħadd ma għandu jaħseb li jien xi iblah. Jekk le, ma jkun ġara xejn li tgħodduni bħala wieħed iblah sabiex inkun nista’ niftaħar xi ftit.#2 Kor 12,6. 17Li sa ngħid issa mhux skont il-Mulej, iżda bħallikieku f’ġenn, b’rasi mimlija li niftaħar. 18Jekk ħafna jiftaħru ta’ bnedmin, ħa niftaħar jien. 19Intom, li intom kemm intom għaqlin, bil-qalb it-tajba tieħdu paċenzja bil-boloh. 20Iva, intom tieħdu kollox bis-sabar jekk xi ħadd ijassarkom, jekk xi ħadd jikolkom, jekk xi ħadd jisraqkom, jekk xi ħadd jitkabbar magħkom, jekk xi ħadd jagħtikom bil-ħarta.
21B’għajb għalija ngħidu, li minn daqshekk aħna konna nies bla ħila ta’ xejn. Imma - biex nitkellem ta’ iblah - f’dak li ħaddieħor jagħmel wiċċu, nagħmel wiċċi jiena wkoll. 22Huma Lhud? Jiena wkoll. Huma Iżraelin? Jiena wkoll. Huma nisel Abraham? Jiena wkoll.#Fil 3,5. 23Huma ministri ta’ Kristu? Jiena - ħa nitkellem ta’ iblah! - jiena aktar minnhom. Ħafna aktar minnhom fit-taħbit, ħafna aktar minnhom fil-ħabsijiet, aktar u aktar minnhom fis-swat. Bosta drabi sibt ruħi wiċċ imb wiċċ mal-mewt.#1 Kor 15,10. 24Ħames darbiet qlajt mingħand il-Lhud l-erbgħin daqqa neqsin waħda;#Dt 25,3. 25tliet darbiet tawni s-swat bil-virgi; darb’oħra ħaġġruni. Tliet darbiet rajt l-għarqa#11,25: Tliet darbiet rajt l-għarqa: ma’ dawn inżidu n-nawfraġju f’Malta tliet snin wara.; għaddejt lejl u jum f’nofs ta’ baħar.#Atti 14,19; 16,22. 26Għamilt safar bla għadd; sibt ruħi f’perikli ta’ xmajjar, perikli mill-ħallelin, perikli min-nies ta’ ġensi, perikli mill-pagani, perikli fl-ibliet, perikli fid-deżert, perikli fil-baħar, perikli mill-aħwa qarrieqa.#Atti 9,23; 14,5. 27Taħbit u xogħol iebes; kemm-il darba kelli ngħaddi sahriet bla rqad, bil-ġuħ u bil-għatx; kemm-il darba kelli ngħaddi fis-sawm, fil-ksieħ u fl-għera!#2 Kor 6,5. 28U, biex ma nsemmix ħwejjeġ oħra, dak il-ħafna ġej u sejjer tan-nies ta’ kuljum għandi, u l-ħsieb tal-knejjes kollha! 29Min hu marid u m’iniex marid miegħu jien? Min hu dak li jsib min ifixklu, u jien ma nħossnix imbaqbaq?#1 Kor 9,22.
30Jekk għandi niftaħar, niftaħar b’dak li hu dgħajjef fija.#2 Kor 12,5. 31Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu - li hu mbierek għal dejjem - jaf li m’iniex nigdeb.#2 Kor 1,23. 32Meta kont f’Damasku, il-gvernatur tas-Sultan Areta#11,32: Areta: sultan tan-Nabatin, 9 QK- 40 WK. qiegħed l-għases mal-belt ta’ Damasku biex jaqbadni,#Atti 9,24-25. 33iżda niżżluni ġo qoffa minn tieqa fil-ħitan tal-belt, u ħrabt minn taħt idejh.

Currently Selected:

2 KORINTIN 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in