YouVersion Logo
Search Icon

1 TESSALONIKIN 3

3
Kapitlu 3
1Fl-aħħar ma stajniex aktar, u qtajnieha li nibqgħu weħidna f’Ateni#3,1: Ateni: ara Atti 17,15-16.,#Atti 17,15. 2u nibagħtu lil Timotju, ħuna u seħibna fix-xogħol ta’ Alla għax-xandir tal-Evanġelju ta’ Kristu; bgħatnieh iwettaqkom u jagħmlilkom il-qalb fil-fidi tagħkom,#Atti 16,1-3. 3sabiex ħadd minnkom ma jitħarrek fost dan it-tiġrib. Intom stess tafu li aħna għal dan qegħdin;#Ef 3,13; 2 Tim 3,12. 4għaliex meta konna għadna għandkom aħna għednielkom minn qabel li għad irridu nbatu, bħalma ġara u bħalma tafu.#Atti 14,22. 5Għalhekk, jien ukoll meta ma flaħtx nissaporti aktar, bgħatt nara kif intom fil-fidi tagħkom, jekk ix-Xitan ġarrabkomx u t-taħbit tiegħi safax fix-xejn.#Fil 2,16.
6Issa ġie Timotju għandna#3,6: Ġie Timotju għandna: ara Atti 18,5. mingħandkom u tana l-aħbarijiet tajba dwar il-fidi u l-imħabba tagħkom, u qalilna kif intom għadkom tiftakruna dejjem fil-ġid u kif tixtiequ tarawna bħalma aħna lilkom.#Atti 18,5. 7Għalhekk aħna għamilna l-qalb, l-aħwa, minħabba fikom u l-fidi tagħkom, fin-niket u t-tbatijiet tagħna.#2 Tess 1,4. 8Issa ngħixu għax intom sħaħ fil-Mulej. 9Kif nistgħu niżżu ħajr lil Alla għal dan il-ferħ kollu li għandna minħabba fikom quddiem Alla tagħna! 10Lejl u nhar nitlob fuq li nitlob biex nara lil wiċċkom u ntemm kulma jonqos fil-fidi tagħkom.
11Mhux li kienu Alla nnifsu, Missierna, u Sidna Ġesù Kristu jwittulna t-triq għal għandkom! 12Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd, l-istess bħalma aħna nħobbu lilkom, 13ħalli jqawwilkom qalbkom u jkollkom qdusija bla għajb quddiem Alla, Missierna, għal meta jiġi Sidna Ġesù mdawwar bil-qaddisin tiegħu!#Fil 1,10; 2 Tess 1,7-10.

Currently Selected:

1 TESSALONIKIN 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in