YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 8

8
Kapitlu 8
L-offerti lill-idoli
1Issa dwar il-laħam offert lill-idoli#8,1: Issa dwar il-laħam offert lill-idoli: it-tieni domanda li għamlulu l-Korintin kienet: Jista’ n-nisrani jixtri u jiekol il-laħam tal-vittmi offerti b’sagrifiċċju lill-allat foloz? Il-Lhud ma kinux jixtruh. L-appostlu jgħidilhom li l-insara jistgħu, għax l-idoli mhuma xejn. Iżda jekk dan iservi ta’ skandlu għall-insara li ma kellhomx tagħlim biżżejjed, għandhom jagħmlu sagrifiċċju u ma jixtru xejn biex ma jagħtuhomx skandlu.: nafu li lkoll għandna l-għerf; imma l-għerf jonfoħna; l-imħabba tibnina.#Atti 15,29. 2Jekk xi ħadd jidhirlu li jaf xi ħaġa, għadu ma fehemx kif għandu jkun jaf. 3Jekk xi ħadd iħobb lil Alla, lil dan Alla jagħrfu.
4Mela dwar l-ikel tal-laħam offert lill-idoli: naf li l-idolu mhu xejn fid-dinja; ħadd mhu alla ħlief wieħed.#Dt 4,35-39; 6,4; 1 Kor 10,19. 5Imqar jekk hemm l-hekk imsejħa allat sew fis-sema sew fl-art, - u tassew hemm ħafna allat u ħafna sidien#8,5: Ħafna sidien: l-allat foloz Griegi; ara 1 Kor 10,20-21. - 6għalina Alla wieħed hemm: il-Missier li minnu ġej kollox u aħna bih neżistu, u wieħed Mulej: Ġesù Kristu, li permezz tiegħu sar kollox u aħna għalih neżistu.#Mal 2,10; Ġw 1,3; 1 Kor 12,5-6; Ef 4,5-6; Kol 1,16. 7Iżda mhux kulħadd għandu l-għerf. Xi wħud, billi kienu mdorrija bl-idoli#8,7: Billi kienu mdorrija bl-idoli: traduzzjoni oħra: Xi wħud li jaħsbu li għadhom jistgħu jieħdu sehem fl-idolatrija…, jieklu l-laħam bħallikieku kien offert lill-idoli; u billi tkun dgħajfa, il-kuxjenza tagħhom tittabba’. 8L-ikel ma jressaqniex lejn Alla. La sa nnaqqsu jekk nieklu, u lanqas sa nżidu jekk ma niklux.#Rum 14,17. 9Qisu li l-libertà tagħkom ma tkunx ta’ tfixkil għad-dgħajfa.#Rum 14,13-21; Gal 5,13. 10Jekk xi ħadd jara lilek, li int għaref, fuq il-mejda fit-tempju tal-idolu, ma jidhirlekx li fil-kuxjenza tiegħu dgħajfa jitħajjar jiekol l-ikel offert lill-idoli? 11Mela bl-għerf tiegħek jiġġarraf id-dgħajjef, ħuk, li għalih miet Kristu.#Rum 14,15-20. 12Meta intom tidinbu b’dan il-mod kontra ħutkom u tfieru l-kuxjenza dgħajfa tagħhom, kontra Kristu tkunu tidinbu. 13Mela jekk l-ikel jiskandalizza lil ħija, ma niekol qatt iżjed laħam biex ma niskandalizzax lil ħija.#Rum 14,21.

Currently Selected:

1 KORINTIN 8: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in