YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 7

7
Kapitlu 7
Il-ħajja tal-miżżewwġin
1Issa ngħidu xi ħaġa fuq li ktibtuli#7,1: Ngħidu xi ħaġa fuq li ktibtuli: l-isfond ta’ dan li qiegħed jikteb l-appostlu hi l-ħajja mqallba f’Korintu pagana, imsemmija mad-dinja kollha ta’ żmienha għall-immoralità tagħha. L-insara li kienu għadhom kif ikkonvertew kienu għadhom ma nqatgħux minnha. Xi wħud imbagħad marru għall-estrem l-ieħor, u waslu biex ikkundannaw iż-żwieġ. L-appostlu qiegħed jgħallimhom x’inhi sewwa d-duttrina nisranija fuq dan is-suġġett: la esaġerazzjoni minn naħa u lanqas minn oħra. Meta naqraw din il-kitba rridu nżommu f’rasna li l-membri tal-ewwel ġenerazzjoni nisranija kienu bħal jistennew it-tmiem tad-dinja minn mument għal ieħor; għalhekk kienu xi ftit indifferenti għall-ħajja ta’ din id-dinja.: tajjeb li raġel ma jmissx mara; 2imma minħabba ż-żina kull wieħed għandu jkollu martu u kull mara jkollha żewġha. 3Ir-raġel għandu jagħti lil martu li jmissha; hekk ukoll il-mara lil żewġha. 4Il-mara ma għandhiex dritt fuq ġisimha, iżda żewġha fuqha; hekk ukoll ir-raġel ma għandux dritt fuq ġismu, iżda martu fuqu. 5Iċċaħħdux lil xulxin minn xulxin, jekk ma tkunux ftehemtu minn qabel għal xi żmien, biex tagħtu ruħkom għat-talb u mbagħad terġgħu bħalma kontu qabel sabiex ma jittantakomx ix-Xitan jekk ma tkunux tifilħu żżommu. 6Dan qiegħed ngħidu bħala konċessjoni, u mhux b’ordni. 7Irrid li kulħadd ikun bħali; iżda kull wieħed għandu d-don tiegħu mingħand Alla: min ħaġa u min oħra.#Mt 19,11-12.
8Lil dawk li mhumiex miżżewġa jew huma romol, ngħidilhom li jkun tajjeb għalihom li jibqgħu bħali. 9Jekk imbagħad ma jifilħux jaħkmu lilhom infushom, ħalli jiżżewġu; aħjar wieħed jiżżewweġ milli jinħaraq bil-passjoni.#1 Tim 5,14. 10Lil dawk li huma miżżewġin nordnalhom, mhux jien, iżda l-Mulej, li l-mara ma għandhiex tħalli lil żewġha -#Mt 5,32; 19,9; Mk 10,11-12; Lq 16,18. 11jekk tiġi li tħallih, għandha tibqa’ bla tiżżewweġ jew terġa’ tagħmel paċi ma’ żewġha - u r-raġel ma għandux jitlaq lil martu.
12Lill-oħrajn ngħidilhom jien, mhux il-Mulej: jekk wieħed mill-aħwa għandu martu ma temminx, u hi jogħġobha tgħammar miegħu, ma għandux jitlaqha. 13U l-mara, jekk għandha żewġha ma jemminx, u dan jogħġbu jgħammar magħha, ma għandhiex titilqu. 14Ir-raġel li ma jemminx jitqaddes permezz ta’ martu, u l-mara li ma temminx titqaddes b’ħuha. Inkella wliedkom ikunu mniġġsa, iżda issa huma qaddisin.#Rum 11,16. 15Jekk imbagħad min mit-tnejn ma jemminx, ħa jitlaq; l-aħwa nsara, irġiel jew nisa, f’dan il-każ mhumiex marbuta. Għax Alla sejħilkom biex tgħixu fis-sliem.#Rum 14,19. 16Tafx int, mara, jekk issalvax lil żewġek, jew int, raġel, jekk issalvax lil martek?#1 Pt 3,1.
Il-ħajja li l-Mulej għażlilna
17Mill-bqija, kull wieħed jibqa’ fl-istat li l-Mulej kien tah meta sejjaħlu Alla. Hekk qiegħed nordna fil-knejjes kollha.#1 Kor 7,20-21. 18Kellu xi ħadd iċ-ċirkonċiżjoni meta kien imsejjaħ? Ma għandux ineħħi l-marki tagħha; xi ħadd kien bla ċirkonċiżjoni? Ma jfittixx li jagħmilha. 19Iċ-ċirkonċiżjoni ma hi xejn; biha u mingħajrha xorta waħda; li jgħodd hu l-ħarsien tal-kmandamenti ta’ Alla.#Rum 2,25; Gal 5,6; 6,15. 20Ħalli kulħadd jibqa’ fl-istat li kien meta kien imsejjaħ. 21Kont ilsir meta kont imsejjaħ, tħabbilx rasek; eħles jekk tista’, imma fittex l-aħjar. 22Dak li kien ilsir meta sejjaħlu l-Mulej, issa hu bniedem ħieles fil-Mulej. Hekk ukoll, jekk wieħed kien imsejjaħ meta kien ħieles, issa hu lsir ta’ Kristu.#Ef 6,6; Film 16; 1 Pt 2,16. 23Intom mixtrija bi prezz għoli; tkunux issa lsiera tal-bnedmin. 24L-aħwa, ħalli jibqa’ kulħadd quddiem Alla kif kien meta kien imsejjaħ.
Ix-xebbiet u r-romol
25Dwar dawk li mhumiex miżżewġin#7,25: Dwar dawk li mhumiex miżżewġin: il-kelma Griega parthenon, ġenittiv plural ta’ parthenos, fit-TĠ tista’ tfisser irġiel jew nisa mhux miżżewġa., ma għandi ebda preċett mill-Mulej, iżda nagħtikom parir bħala wieħed li, għall-ħniena tal-Mulej, hu bniedem ta’ fiduċja.#1 Tim 1,12-13. 26Jidhirli, mela, li, minħabba t-taħbit tal-lum, ikun sewwa għal dak li jkun jekk jibqa’ kif inhu. 27Inti marbut ma’ mara? Tfittixx li tinħall. Maħlul minn mara? Tfittixx mara. 28Imma wkoll jekk tiżżewweġ, ma tidnibx; anqas jekk xebba tiżżewweġ, ma tidneb. Nies bħal dawn ikollhom it-taħbit tal-ħajja, u jiena rrid kieku neħliskom minnu.#Lq 21,23.
29Dan ngħidilkom, l-aħwa: iż-żmien qsar. Ħa jkunu, mela, dawk li għandhom mara, bħallikieku ma għandhomx;#Rum 13,11. 30dawk li jibku, bħallikieku ma jibkux; dawk li jifirħu, bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru, bħallikieku ma għandhom xejn; 31dawk li jgawdu d-dinja, bħallikieku ma jgawduhiex; għax is-sura ta’ din id-dinja għad tgħaddi!#1 Ġw 2,17. 32Iva, jiena rridkom bla ħsibijiet. Ir-raġel mhux miżżewweġ, ħsiebu fil-ħwejjeġ tal-Mulej, jiġifieri, kif jogħġob lill-Mulej. 33Min hu miżżewweġ, ħsiebu fil-ħwejjeġ tad-dinja, jiġifieri, kif jogħġob lil martu, 34u hu mifrud fih innifsu. Hekk ukoll il-mara mhix miżżewġa u x-xebba ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Mulej, jiġifieri, biex ikunu qaddisa f’ġisimhom u f’ruħhom. Iżda l-mara miżżewġa ħsiebha fil-ħwejjeġ tad-dinja, jiġifieri, kif togħġob lil żewġha. 35Dan qiegħed ngħidhulkom għall-ġid tagħkom, mhux biex inxekkilkom, iżda għall-ġid tagħkom u biex tgħixu marbutin mal-Mulej bla tixrid ta’ moħħ.
36Imma jekk xi ħadd iħoss li mhuwiex miexi sewwa max-xebba li għandu miegħu#7,36: Max-xebba li għandu miegħu: traduzzjoni oħra possibbli hi: 36: “Jekk xi ħadd iħoss li mhux miexi sewwa ma’ bintu xebba, li laħqet għaż-żwieġ, u hemm bżonn isir hekk, jagħmel li jogħġbu u ma jidnibx (lit. jiżżewġu). 37: Imma jżewwiġha jekk ikun sħiħ fil-fehma tiegħu u ma jkunx magħfus bil-bżonn u jkun ħieles li jżomm lil bintu, ikun jagħmel tajjeb. Hekk min iżewweġ lil bintu jkun tajjeb, imma min ma jżewwiġhiex ikun jagħmel aħjar.” Ir-raġuni għall-possibbiltà ta’ dawn iż-żewġ traduzzjonijiet hi li “ix-xi ħadd” li jsemmi l-appostlu ma nistgħux ngħidu fiż-żgur min hu. Jista’ jkun missier li għandu bintu għaż-żwieġ jew raġel mgħarras jew xi ħaddieħor li għandu f’daru xebba f’rabta ta’ żwieġ spiritwali. minħabba l-passjoni qawwija tiegħu, u jħoss il-bżonn li jsir hekk, jagħmel li jogħġbu u ma jagħmel xejn ħażin: ħa jiżżewġu. 37Imma min, jekk ikun sħiħ fil-fehma tiegħu u ma jkunx magħfus mill-bżonn u għandu l-ħila jimxi skont ir-rieda tiegħu u jkun qatagħha li jżomm ix-xebba miegħu, jagħmel ħaġa tajba. 38Hekk min jiżżewweġ ix-xebba li għandu miegħu jagħmel tajjeb; min ma jiżżewwiġhiex jagħmel aħjar. 39Il-mara tibqa’ marbuta ma’ żewġha sakemm jibqa’ ħaj. Iżda jekk żewġha jmut tkun ħielsa u tkun tista’ terġa’ tiżżewweġ lil min trid, basta fil-Mulej.#Rum 7,2-3. 40Skont il-fehma tiegħi tkun iktar hienja jekk tibqa’ kif tkun; u jien naħseb li jien ukoll għandi l-Ispirtu ta’ Alla.

Currently Selected:

1 KORINTIN 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in