1
APOKALISSI 20:15
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Hekk ukoll min ma nstabx imniżżel fil-ktieb tal-ħajja, kien mixħut fil-belliegħa tan-nar.
Compare
Explore APOKALISSI 20:15
2
APOKALISSI 20:12
U rajt il-mejtin, kbar u żgħar, quddiem it-tron. U nfetħu l-kotba. Infetaħ ukoll ktieb ieħor, dak tal-ħajja. Imbagħad il-mejtin sar ħaqq minnhom fuq l-għemejjel tagħhom, skont ma kienu mniżżla fil-kotba.
Explore APOKALISSI 20:12
3
APOKALISSI 20:13-14
Il-baħar radd lura l-mejtin li kien hemm ġo fih, u hekk ukoll il-Mewt u l-Qiegħ tal-art raddew lura l-mejtin li kien hemm ġo fihom, u kull wieħed minnhom sar ħaqq minnu fuq l-għemejjel tiegħu. Imbagħad il-Mewt u Post il-Mejtin ġew mixħuta fil-belliegħa tan-nar - din l-għadira tan-nar hija t-tieni mewt.
Explore APOKALISSI 20:13-14
4
APOKALISSI 20:11
Rajt imbagħad tron kbir abjad u ’l dak li hu bilqiegħda fuqu. L-art u s-sema ħarbu minn quddiemu, bla ma nstab post għalihom.
Explore APOKALISSI 20:11
5
APOKALISSI 20:7-8
U meta jintemmu l-elf sena, ix-Xitan jinħall mill-ħabs tiegħu, u joħroġ iqarraq bil-ġnus li jinsabu fl-erba’ rkejjen tal-art, jiġifieri Gog u Magog, u jiġborhom għall-gwerra f’kotra kbira daqs ir-ramel tal-baħar.
Explore APOKALISSI 20:7-8
Home
Bible
Plans
Videos