1
APOKALISSI 19:7
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Nifirħu u nithennew u nagħtuh glorja, għax wasal it-tieġ tal-Ħaruf, u l-Għarusa tiegħu ħejjiet ruħha
Compare
Explore APOKALISSI 19:7
2
APOKALISSI 19:16
Fuq il-mantell u fuq koxxtu għandu miktub isem: “Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien.”
Explore APOKALISSI 19:16
3
APOKALISSI 19:11
Imbagħad rajt is-sema miftuħ, u kien hemm żiemel abjad! Dak li kien riekeb fuqu jissejjaħ Fidil u Veru; bil-ġustizzja hu jaqta’ l-ħaqq u jagħmel il-gwerra.
Explore APOKALISSI 19:11
4
APOKALISSI 19:12-13
Għajnejh qishom ħuġġieġa nar, b’ħafna dijademi fuq rasu, u b’isem miktub fuqu li ħadd ħliefu ma jafu. Kien liebes mantell imxarrab bid-demm, u jissejjaħ bl-isem “il-Kelma ta’ Alla”.
Explore APOKALISSI 19:12-13
5
APOKALISSI 19:15
Minn fommu ħierġa xabla misnuna, biex jolqot il-ġnus, u jmexxihom b’xettru tal-ħadid. Huwa jisħaq l-inbid ibaqbaq fil-magħsra tal-korla ta’ Alla li jista’ kollox.
Explore APOKALISSI 19:15
6
APOKALISSI 19:20
U l-Bhima nqabdet, u wkoll il-Profeta Qarrieq li quddiemha kien jagħmel is-sinjali li bihom kien qarraq b’dawk li ħadu l-marka tal-Bhima u li nxteħtu jqimu x-xbieha tagħha. U t-tnejn twaddbu ħajjin fil-belliegħa tan-nar jaqbad tal-kubrit.
Explore APOKALISSI 19:20
Home
Bible
Plans
Videos