1
APOKALISSI 21:4
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom; ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajjat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-ħwejjeġ ta’ qabel.”
Compare
Explore APOKALISSI 21:4
2
APOKALISSI 21:5
Imbagħad dak li hu bilqiegħda fuq it-tron qal: “Ara, se nġedded kollox.” Qalli: “Ikteb, għax dawn il-kelmiet huma minnhom u ta’ min joqgħod fuqhom.”
Explore APOKALISSI 21:5
3
APOKALISSI 21:3
U smajt leħen qawwi ġej mit-tron jgħid: “Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.
Explore APOKALISSI 21:3
4
APOKALISSI 21:6
U qalli mbagħad: “Seħħu! Jiena l-Alfa u l-Omega, il-Bidu u t-Tmiem. Lil min hu bil-għatx jiena nisqih b’xejn mill-għajn tal-Ħajja.
Explore APOKALISSI 21:6
5
APOKALISSI 21:7
Dawn jirithom ir-rebbieħ; u jiena nkun Alla tiegħu u hu jkun ibni.
Explore APOKALISSI 21:7
6
APOKALISSI 21:8
Imma għall-ġwejjef, għal min ma baqax fidil, għal dawk ta’ ħajja mħassra, għall-qattiela, għaż-żienja, għas-saħħara, għall-idolatri u għall-giddieba kollha, sehemhom ikun fil-belliegħa tan-nar iħeġġeġ u tal-kubrit; din hi t-tieni mewt.”
Explore APOKALISSI 21:8
7
APOKALISSI 21:1
U rajt sema ġdid u art ġdida, għax is-sema ta’ qabel u l-art ta’ qabel għabu, u ma kienx hemm iżjed baħar.
Explore APOKALISSI 21:1
8
APOKALISSI 21:2
U l-Belt il-qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida, rajtha nieżla mis-sema mingħand Alla, imħejjija bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha.
Explore APOKALISSI 21:2
9
APOKALISSI 21:23-24
U l-Belt ma teħtieġ la xemx u lanqas qamar biex idawluha, għax biex iddawwalha għandha l-glorja ta’ Alla, u l-musbieħ tagħha l-Ħaruf. Il-ġnus jimxu bid-dawl tagħha, u s-slaten tal-art iġibulha l-glorja tagħhom.
Explore APOKALISSI 21:23-24
Home
Bible
Plans
Videos