Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 61:1-3

ISAIJA 61:1-3 MB20

L-ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi, għax il-Mulej ikkonsagrani, biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, bagħatni ndewwi l-qalb miksura; biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u lill-ħabsin il-ftuħ tal-ħabs; biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej, u jum il-vendetta ta’ Alla tagħna; biex infarraġ lill-imnikktin; biex inferraħ lil dawk li jibku f’Sijon, nagħtihom kuruna flok irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu, l-għana tal-foħrija flok ruħ mitluqa. Isejħulhom ballut tas-sewwa, imħawla mill-Mulej għal foħritu.”

Videos relacionados

Planes y devocionales gratis relacionados con ISAIJA 61:1-3