U qal Alla: “Ħa nagħmlu l-bniedem fuq ix-xbieha u s-sura tagħna, u jaħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr tal-ajru, fuq il-bhejjem tad-dar u fuq il-bhejjem selvaġġi, u fuq il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.”
U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbiehetu
fuq xbihat Alla ħalqu,
raġel u mara ħalaqhom.