MATTEW 19
19
Kapitlu 19
Id-divorzju
(Mk 10,1-12; Lq 16,18)
1Kif temm dan id-diskors, Ġesù telaq mill-Galilija u mar il-Lhudija, fl-inħawi ’l hemm mill-Ġordan#19,1: ’L hemm mill-Ġordan: fuq in-naħa tal-Lvant tax-xmara.. 2Folol kbar ta’ nies marru warajh, u hu fejjaqhom hemmhekk. 3U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” 4Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara,#Ġen 1,27; 5,2. 5u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed’?#Ġen 2,24; 1 Kor 6,16; Ef 5,31. 6Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.” 7Qalulu: “Mela allura għaliex ordna Mosè li żewġha jagħtiha l-kitba tad-divorzju u jibgħatha?”#Dt 24,1; Mt 5,31. 8Qalilhom: “Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosè takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu. 9U ngħidilkom, li min jibgħat lil martu - barra l-każ ta’ żwieġ ħażin#19,9: Żwieġ ħażin: ara nota 5,32. - u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta’ adulterju.”#Mt 5,32; 1 Kor 7,10-11. 10Qalulu d-dixxipli: “Mela ladarba din hi l-kondizzjoni tar-raġel mal-mara, ma jaqbilx li wieħed jiżżewweġ.”#1 Kor 7,1-9. 11Iżda hu qalilhom: “Mhux kulħadd jifhimha din il-ħaġa, imma dawk li lilhom jingħata li jifhmuha.#1 Kor 7,7-9. 12Hemm ewnuki li jitwieldu hekk minn ġuf ommhom, oħrajn jagħmluhom hekk in-nies, u hemm oħrajn li jsiru hekk minn rajhom minħabba s-Saltna tas-Smewwiet. Min jista’ jifhem, jifhem!”
Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar
(Mk 10,13-16; Lq 18,15-17)
13Imbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom. 14U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”#Mt 18,2-3. 15Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.
Iż-żagħżugħ għani
(Mk 10,17-31; Lq 18,18-30)
16Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”#Mt 19,29; Lq 10,25. 17U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.”#Lev 18,5. 18“Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz,#Eż 20,12-16; Dt 5,16-20; Rum 13,9. 19weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.”#Lev 19,18; Mt 5,43; Lq 10,27; Rum 13,9. 20Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” 21Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja”.#Mt 6,20; Mk 14,5; Lq 12,33; Ġw 12,5; Atti 2,45; 4,34-37. 22Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna.#S 62,10.
23Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! 24Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!” 25Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” 26Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.”#Ġen 18,14; Ġob 42,2. 27Imbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” 28Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael.#Dan 7,9-10; Mt 20,21; 25,31; Mk 10,37; Lq 22,30; Apk 3,21. 29U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.#Mt 19,16; Lq 10,25. 30U ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar, u tal-aħħar jiġu l-ewwel.#Mt 20,16; Lq 13,30.
Currently Selected:
MATTEW 19: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.