MATTEW 16
16
Kapitlu 16
Il-Fariżej u s-Sadduċej jitolbu sinjal
(Mk 8,11-13; Lq 12,54-56)
1Resqu lejh il-Fariżej u s-Sadduċej u, biex iġarrbuh, talbuh jurihom sinjal mis-sema.#Mt 12,38; 19,3; Lq 11,16; Ġw 6,30; 1 Kor 1,22. 2Hu weġibhom#16,2: Hu weġibhom: Ħafna manuskritti importanti jħallu barra l-vv. 2-3.: “Meta jasal il-ħin ta’ filgħaxija intom tgħidu, ‘Temp tajjeb se jkollna, għax is-sema ħamrani.’ 3Iżda mas-sebħ tgħidu, ‘Temp imqalleb illum, għax is-sema ħamrani u msaħħab.’ Jiġifieri, wiċċ is-sema tafu tfissruh, imma għas-sinjali taż-żminijiet ma tinqalgħux. 4Sinjal jitlob nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak ta’ Ġona#16,4: Ġona: kif il-profeta Ġona dam tlitt ijiem f’żaqq il-ħuta, Ġona 1,7 hekk Ġesù kellu jdum tlitt ijiem fil-qabar..” U ħalliehom b’hekk u telaq.#Mt 12,39; Lq 11,29.
Il-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej
(Mk 8,14-21; Lq 12,1)
5Huma u jaqsmu għax-xatt l-ieħor id-dixxipli raw li ma kinux ħadu ħobż magħhom. 6Ġesù qalilhom: “Iftħu għajnejkom u ilqgħu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej!”#Lq 12,1. 7Huma bdew jaħsbu u jgħidu bejniethom: “Dan għax ma ġibniex ħobż.” 8Iżda Ġesù induna u qalilhom: “Ja nies ta’ fidi żgħira, x’intom tgħidu bejnietkom fuq li ma għandkomx ħobż? 9Għadkom ma ntbaħtux? Ma tiftakrux fil-ħames ħobżiet għal ħamest elef ruħ u kemm qfief ġbartu?#Mt 14,13-21; Mk 6,34-44; Lq 9,11-17; Ġw 6,1-13. 10Anqas fis-seba’ ħobżiet għal erbat elef ruħ u kemm qfief ġbartu?#Mt 15,32-38; Mk 8,1-9. 11Imma kif ma ntbaħtux li jien mhux għall-ħobż għedtilkom? Mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej ilqgħu ruħkom!” 12Imbagħad fehmu li hu qalilhom biex jilqgħu ruħhom mhux mill-ħmira tal-ħobż, imma mit-tagħlim tal-Fariżej u s-Sadduċej.
Stqarrija tal-fidi minn Pietru, u l-primat tiegħu
(Mk 8,27-30; Lq 9,18-21)
13Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” 14U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”#Mk 6,14-15; Lq 9,7-8. 15Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. 16U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.”#Mt 26,63; Mk 14,61; Mt 17,5; Gal 1,15-16. 17U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam#16,17: Tad-demm u l-laħam: il-bniedem bħala ħlejqa dgħajfa; ara Rum 7,5; 1 Kor 15,50; Gal 1,16. uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. 18U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.#Ġob 38,17; Għerf 16,13; Is 38,10; Ġw 1,42; Ef 2,20. 19Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”#Mt 8,18; Ġw 20,23. 20Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija.#Mt 17,9; Mk 9,9.
L-ewwel taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta’ Ġesù
(Mk 8,31—9,1; Lq 9,22-27)
21Minn dak inhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum. 22Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!” 23Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”#Mt 4,10. 24Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.#Mt 10,38; Lq 14,27. 25Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.#Mt 10,39; Lq 17,33; Ġw 12,25. 26Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? 27Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skont ma wieħed ikun għamel.#S 28,4; Prov 24,12; Mt 25,31; Rum 2,6; Apk 22,12. 28Tassew, ngħidilkom, li hawn xi wħud minn dawk li qegħdin hawn, li ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-Saltna tiegħu.”#Mt 10,23.
Currently Selected:
MATTEW 16: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.