YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 11

11
Kapitlu 11
It-torri ta’ Babel
1U l-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed.#Atti 2,5-12; Apk 7,9-10. 2Meta l-bnedmin telqu mil-Lvant sabu wita f’art Singħar u baqgħu hemm. 3U qalu wieħed lil ieħor: “Ejjew nagħmlu l-madum u naħmuh sewwa!” U l-madum kienu jużawh flok il-ġebel, u l-qatran flok it-tajn. 4U reġgħu qalu: “Ejjew nibnu belt għalina, u torri#11,4: Torri: il-mudell l-awtur ħadu mill-belt kbira ta’ Babilonja, bit-torri, iż-żiggurat, għoli ġo nofsha, simbolu taċ-ċiviltà urbana u potenza imperjali ta’ dak iż-żmien., bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ kollu tal-art.”#Sir 40,19.
5U l-Mulej niżel jara l-belt u t-torri li kienu qegħdin jibnu l-bnedmin. 6U l-Mulej qal: “Arahom, poplu wieħed u lsien wieħed għalihom ilkoll. U dan għadu l-bidu ta’ xogħolhom; issa kulma jiġihom f’rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom!#Ġen 3,22. 7Ejja, ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom, ħalli ma jifhmux ilsien xulxin.”
8U l-Mulej xerridhom minn hemm għal fuq wiċċ l-art kollha, u waqfu mill-bini tal-belt. 9Għalhekk bdew isejħulha Babel#11,9: Babel: jew Babilonja; etimoloġija popolari bbażata fuq l-assonanza u taqbel fil-ħoss mal-Lhudi Babel ġejja mill-oriġinali Bab-Ili, il-bieb tal-allat., għax hemm ħawwad il-Mulej ilsien l-art, u minn hemm xerridhom il-Mulej mal-wiċċ kollu tal-art.#Is 14,12-13; Ġw 10,16; 11,52.
Il-familja ta’ Sem
10Dan hu nisel Sem. Sem kellu mitt sena meta wiled lil Arfaksad, sentejn wara d-dilluvju.#1 Kron 1,17-27; Lq 3,34-36. 11U wara li wiled lil Arfaksad, Sem għex ħames mitt sena oħra, u wiled subien u bniet.
12U Arfaksad kellu ħamsa u tletin sena meta wiled lil Selaħ. 13U wara li wiled lil Selaħ, Arfaksad għex erba’ mija u tliet snin oħra, u wiled subien u bniet.
14U Selaħ kellu tletin sena meta wiled lil Għeber. 15U wara li wiled lil Għeber, Selaħ għex erba’ mija u tliet snin oħra, u wiled subien u bniet.
16U Għeber kellu erbgħa u tletin sena meta wiled lil Peleg; 17u wara li wiled lil Peleg, Għeber għex erba’ mija u tletin sena oħra, u wiled subien u bniet.
18U Peleg kellu tletin sena meta wiled lil Regħu: 19u wara li wiled lil Regħu, Peleg għex mitejn u disa’ snin oħra, u wiled subien u bniet.
20U Regħu kellu tnejn u tletin sena meta wiled lil Xerug; 21u wara li wiled lil Xerug, Regħu għex mitejn u seba’ snin oħra, u wiled subien u bniet.
22U Xerug kellu tletin sena meta wiled lil Naħor; 23u wara li wiled lil Naħor, Xerug għex mitejn sena oħra, u wiled subien u bniet.
24U Naħor kellu disgħa u għoxrin sena meta wiled lil Teraħ; 25u wara li wiled lil Teraħ, Naħor għex mija u dsatax-il sena oħra; u wiled subien u bniet.
26Teraħ kellu sebgħin sena meta wiled lil Abram, lil Naħor, u lil Ħaran.#Ġoż 24,2; 1 Kron 1,27.
Il-familja ta’ Abram
27Dan hu nisel Teraħ: Teraħ wiled lil Abram, lil Naħor, u lil Ħaran. U Ħaran wiled lil Lot. 28Ħaran miet qabel Teraħ missieru, f’art twelidu, f’Ur tal-Kaldin. 29Abram u Naħor iżżewġu; mart Abram kien jisimha Saraj; u mart Naħor Milka bint Ħaran, missier Milka u Giska.#Ġen 17,15; 20,12; 22,20-23. 30Saraj kienet sterili, u ma kellhiex tfal.#Ġen 16,1; 17,19-21.
31U Teraħ qabad lil ibnu Abram, lil Lot bin Ħaran, jiġifieri bin ibnu, il-kunjata Saraj, mart ibnu Abram, u telaq bihom minn Ur tal-Kaldin lejn l-art ta’ Kangħan; u waslu Ħaran u baqgħu hemm.#Ġoż 24,3; Neħ 9,7; Ġdt 5,6-9; Atti 7,4.
32U għomor Teraħ kien laħaq il-mitejn u ħames snin; u Teraħ miet f’Ħaran.

Currently Selected:

ĠENESI 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in