YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 4

4
Kapitlu 4
Pietru u Ġwanni quddiem is-Sinedriju
1Waqt li Pietru u Ġwanni kienu għadhom qegħdin ikellmu lill-poplu, resqu fuqhom il-qassisin u l-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej;#Lq 22,4.52; Atti 5,24. #Mt 22,23; Mk 12,18; Lq 20,27; Atti 23,8. 2għax ma felħux jisimgħuhom jgħallmu lill-poplu u, bl-istess qawmien ta’ Ġesù, ixandru l-qawmien mill-imwiet.#Atti 4,33; 17,18; 26,23. 3Għalhekk meddew idejhom fuqhom, u żammewhom fil-ħabs sal-għada, għax kien ġa sar filgħaxija.#Atti 3,1; 5,18. 4Imma ħafna minn dawk li kienu semgħu l-kelma emmnu, u l-għadd tagħhom kien jilħaq mal-ħamest elef ruħ.#Atti 2,41-47; 5,14; 6,7; 11,21-24; 21,20.
5L-għada l-kapijiet tagħhom u x-xjuħ u l-kittieba ltaqgħu f’Ġerusalemm. 6Kien hemm Anna l-qassis il-kbir, Kajfa, Ġwanni, Alessandru, u dawk kollha li kienu mill-familja tal-qassisin il-kbar. 7Qiegħdu lill-appostli fin-nofs u staqsewhom: “Intom b’liema qawwa jew f’isem min għamiltuh dan#4,7: F’isem min għamiltuh dan?: hawnhekk ukoll il-Lhud qegħdin jevitaw li jsemmu direttament l-isem ta’ Alla: ara noti Mt 5,34; 7,1; Mk 14,61.?”#Mt 21,23; Mk 11,28; Lq 20,2. 8Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: “Kapijiet tal-poplu u xjuħ,#Mt 20,19-20; Mk 13,11; Lq 12,11-12; Atti 6,3.5; 7,55; 9,17; 11,24; 13,9. 9intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq. 10Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta’ Iżrael: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, li intom sallabtuh u Alla qajmu mill-imwiet.#Atti 2,24-32; 3,6-15; 5,30; 10,39-40; 13,30; 17,31. 11Din hi
‘il-ġebla li intom, il-bennejja, warrabtu
u li saret il-ġebla tax-xewka.’ # S 118,22; Mt 21,42; Mk 12,10; Lq 20,17; 1 Pt 2,4-7.
12F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.”#Mt 1,21. 13Meta l-kapijiet raw il-kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fehmu sewwa li kienu nies ta’ madwar Ġesù; 14imma meta raw ir-raġel li kien imfejjaq, wieqaf hemm ħdejhom, ma kellhom ħila jwieġbu xejn. 15Imbagħad ġagħluhom joħorġu barra mis-Sinedriju u qagħdu jitħaddtu bejniethom.#Atti 5,34-35. 16“X’se nagħmlu bihom dawn in-nies?” bdew jgħidu, “għax in-nies kollha ta’ Ġerusalemm jafu li dan il-miraklu sar permezz tagħhom; u dan aħna ma nistgħux niċħduh.#Ġw 11,47. 17Imma, biex dan ma jixteridx aktar fost il-poplu, ejjew nhedduhom biex ma jsemmu dan l-isem ma’ ħadd iżjed.”#Atti 5,28. 18Għalhekk reġgħu sejħulhom, u ordnawlhom biex b’ebda mod ma jitkellmu jew jgħallmu fl-isem ta’ Ġesù. 19Imma Pietru u Ġwanni weġbuhom: “Għidulna intom jekk hux sewwa quddiem Alla li aħna nisimgħu aktar minnkom milli minn Alla;#Atti 5,29. 20għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” 21Imbagħad reġgħu hedduhom u telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma għarfux kif jaqbdu jikkastigawhom, għax kulħadd kien qiegħed jagħti glorja lil Alla għal dak li ġara. 22Ir-raġel li kien imfejjaq b’dan il-miraklu kellu iktar minn erbgħin sena.
Id-dixxipli jitolbu għall-kuraġġ
23Malli telquhom, l-appostli marru għand sħabhom u għarrfuhom b’dak kollu li l-qassisin il-kbar u x-xjuħ kienu qalulhom. 24Meta semgħu dan, ilkoll flimkien għollew leħenhom lejn Alla u qalu: “O Sid, int li għamilt is-sema, l-art, il-baħar, u kulma fihom;#Eż 20,11; S 146,6. 25int li nebbaħt bl-Ispirtu s-Santu lil David missierna, qaddej tiegħek, u b’fommu għedt,
‘Għaliex ixxewxu l-ġnus
u l-popli ngħaqdu konfoffa waħda għalxejn? # S 2,1-2.
26 Qamu s-slaten tal-art,
u l-kbarat inġemgħu flimkien
kontra l-Mulej u l-Messija tiegħu # 4,26: U l-Messija tiegħu: litteralment: u l-Midluk tiegħu. Dan hu test meħud mit-traduzzjoni Griega tat-TQ. Fit-TQ Khristos tfisser is-sultan li kienu jidilkuh f’jum l-inkoronazzjoni tiegħu; fit-TĠ, hu titlu applikat għal Ġesù, il-Messija, il-Khristos, il-midluk, sultan fuq kulħadd. .’
27Għax, tabilħaqq, f’din il-belt Erodi u Ponzju Pilatu ngħaqdu flimkien mal-pagani#4,27: Mal-pagani: litteralment mal-ġnus, nies jew popli li ma kinux iħaddnu r-reliġjon Lhudija mibnija fuq il-fidi f’Alla wieħed. Jissejħu wkoll Ġentili. u n-nies ta’ Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int ikkonsagrajt,#Is 61,1; Atti 3,13. 28biex jagħmlu dak kollu li, bil-qawwa u r-rieda tiegħek, iddestinajt minn qabel li kellu jsir.#Atti 2,23. 29Issa mela, Mulej, ħares lejn it-tehdid tagħhom, u agħmel li l-qaddejja tiegħek ixandru kelmtek bil-kuraġġ kollu.#Ef 6,19. 30U midd idek biex isiru fejqan u sinjali u mirakli permezz tal-isem tal-qaddej qaddis tiegħek Ġesù.” 31Kif spiċċaw jitolbu, il-post fejn kienu miġbura theżżeż, u lkoll imtlew bl-Ispirtu s-Santu u bdew ixandru l-kelma ta’ Alla bil-kuraġġ kollu.#Atti 2,4.
Kellhom kollox flimkien
32Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien.#Atti 2,44. 33B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna.#Atti 2,47; 4,2. 34Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l-flus li jdaħħal minnhom#Atti 2,45. 35kien imur iqegħedhom f’riġlejn l-appostli. Imbagħad kien jitqassam kollox skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed. 36Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejħulu Barnaba, jiġifieri bin il-faraġ; 37dan kellu għalqa, biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f’riġlejn l-appostli.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in