YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 1

1
Kapitlu 1
Il-wegħda tal-Ispirtu s-Santu
1Fl-ewwel rakkont tiegħi#1,1: Fl-ewwel rakkont tiegħi: San Luqa qiegħed jgħid għall-Evanġelju tiegħu li fih jirrakkontalna l-ħajja u t-tagħlim, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù; fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli l-istess Evanġelista jirrakkontalna l-ħidma tal-Appostli, għallinqas l-ewlenin fosthom, biex temmew il-missjoni li fdalhom f’idejhom Ġesù. Teofilu: ara nota Lq 1,3., Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda#Lq 1,3. 2sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz tal-Ispirtu s-Santu#1,2: Permezz tal-Ispirtu s-Santu: fit-test Grieg dawn il-kelmiet jistgħu jkunu marbuta ma’ kien meħud fis-sema, jew ma’ ta l-ordnijiet tiegħu, jew ma’ li hu kien għażel., ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel.#Mk 16,19; Lq 24,49-51. 3Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta’ Alla.#Mt 28,18-20; Lq 24,36-42; Ġw 20. 4Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ il-wegħda tal-Missier, “li fuqha”, qalilhom, “smajtu x’kont għedtilkom.#Lq 24,49; Ġw 14,16-17; 15,26; Atti 2,33. 5Jiġifieri, li Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom fi ftit jiem oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.”#Mt 3,11; Mk 1,8; Lq 3,16; Ġw 1,33.
Tlugħ il-Mulej fis-sema
6Kif kienu flimkien staqsewh: “Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se terġa’ twaqqaf is-Saltna ta’ Iżrael?”#Lq 24,21. 7Hu weġibhom: “Mhijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu.#Mt 13,32. 8Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art.”#Lq 24,48; Ġw 15,27; Atti 2,32; 3,15; 5,32; Ef 3,16. 9Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom.#Mk 16,19; Ġw 6,62. 10Waqt li kienu b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad,#Lq 24,4. 11u qalulhom: “Irġiel tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù, li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa’ jiġi kif rajtuh sejjer.”#Mt 26,64; Lq 21,27; Apk 1,7.
L-għażla ta’ Mattija
12Imbagħad reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejħa taż-Żebbuġ, li hi ’l bogħod mill-belt daqs il-mixja tas-Sibt#1,12: Il-mixja tas-Sibt: mixja ta’ xi nofs mil..#Lq 24,50-52. 13Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta’ fuq#1,13: Fil-kamra ta’ fuq: kamra fl-ewwel sular, b’setaħ quddiemha bħall-għorfa f’ħafna djar Maltin antiki, li fihom kienu jilqgħu lill-mistednin; ara Mk 14,15. tad-dar fejn kienu joqogħdu. Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu#1,13: Ġakbu: ara nota 12,17. u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu.#Mt 10,2-4; Mk 3,16-19; Lq 6,14-16. 14U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu#1,14: Ħutu: ara nota Mt 12,46..
15F’dawk il-jiem, Pietru qam f’nofs il-ġemgħa tal-aħwa, li kienu b’kollox madwar mija u għoxrin ruħ, u qalilhom: 16“L-aħwa, jeħtieġ li sseħħ l-Iskrittura, dak li l-Ispirtu s-Santu ħabbar b’fomm David fuq Ġuda, li kien il-mexxej ta’ dawk li qabdu lil Ġesù.#S 41,9. 17Għax hu kien wieħed minna u kellu sehmu f’dan il-ministeru tagħna. 18Issa dan Ġuda kien xtara għalqa bil-qligħ inġust tiegħu; u hemm waqa’ għal rasu, inqasam minn nofsu u ħarġulu msarnu kollha.#Mt 27,3-8. 19In-nies kollha ta’ Ġerusalemm saru jafu b’dan, u bdew isejħu lil dik l-għalqa bl-ilsien tagħhom Ħakeldama, jiġifieri l-għalqa tad-demm. 20Hemm miktub fil-Ktieb tas-Salmi,
‘Issir ħerba d-dar tiegħu,
u ma jkun hemm ħadd li jgħammar fiha;
u ħaddieħor jeħodlu xogħlu.’ # S 69,26; 109,8.
21Jeħtieġ għalhekk li jingħażel wieħed minn dawk li ssieħbu magħna tul iż-żmien kollu li l-Mulej Ġesù kien dieħel u ħiereġ magħna,#Lq 1,2; Ġw 15,27. #Mt 3,13-15; Mk 1,9; 16,19; Lq 3,21; Atti 1,9. 22ibda mill-magħmudija ta’ Ġwanni sa dak in-nhar li kien meħud minn magħna, u jkun flimkien magħna xhud tal-qawmien tiegħu mill-imwiet.” 23Imbagħad ressqu tnejn, Ġużeppi msejjaħ Barsaba, li jgħidulu wkoll Ġustu, u Mattija. 24U talbu hekk: “Mulej, int li tagħraf il-qalb ta’ kulħadd, uri liema minn dawn it-tnejn int għażilt#Ġw 2,24-25. 25biex jieħu l-post ta’ dan il-ministeru u l-appostolat li minnu telaq Ġuda biex imur fejn kien jistħoqqlu.” 26Imbagħad tefgħu x-xorti, li waqgħet fuq Mattija, u dan issieħeb mal-ħdax-l appostlu.#Prov 16,33.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in