YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 2

2
Kapitlu 2
1Jien iddeċidejt li ma nerġax niġi għandkom bi swied ta’ qalb.#1 Kor 4,21; 2 Kor 12,21. 2Għax jekk jien insewdilkom qalbkom, min se jferraħni, jekk mhux dawk stess li sewdu qalbhom minħabba fija? 3Jien ktibtilkom dan#2,3: Jien ktibtilkom dan: din l-ittra ta’ Pawlu ntilfet. Għandu mnejn fadal xi ħaġa minnha fil-kapitli 10-13 ta’ din l-ittra stess. biex, meta niġi għandkom, ma jkollix swied ta’ qalb minħabba dawk li għandi nifraħ bihom. Jien għandi fehma sħiħa li l-ferħ tiegħi hu l-ferħ tagħkom ilkoll. 4Iva, jiena ktibtilkom b’għafsa ta’ qalb u bid-dmugħ, mhux biex insewdilkom qalbkom, iżda biex inġagħalkom tifhmu l-imħabba bla tarf li għandi għalikom.#Atti 20,31.
Maħfra
5Jekk xi ħadd#2,5: Jekk xi ħadd …: ara il-v 2 u 2 Kor 7,12. ġieb swied il-qalb, mhux lili nikket, imma b’xi mod - bla ma nkabbarha - lilkom ilkoll.#1 Kor 5,1. 6Biżżejjed għal dan il-kastig li tatu l-biċċa l-kbira tagħkom. 7Mela issa intom għandkom tħennu għalih u tfarrġuh, li ma jmurx jaqta’ jiesu taħt it-toqol tan-niket. 8Għalhekk nitlobkom turuh imħabbitkom għalih.
9Għalhekk ktibtilkom dik l-ittra; sabiex nippruvakom u nara tisimgħux minni f’kollox.#2 Kor 7,15; 10,6.
10Meta intom taħfru lil xi ħadd, naħfirlu jiena wkoll. Meta jien naħfer - jekk ħfirt xi ħaġa - ħfirtha minħabba fikom quddiem Kristu, 11biex ma jegħlibnix ix-Xitan, għax nafu x’inhuma l-ħsibijiet tiegħu.#Lq 22,31.
L-inkwiet ta’ Pawlu
12Meta wasalt Troas biex inxandar l-Evanġelju ta’ Kristu, il-Mulej fetaħli l-bibien kollha.#Atti 14,27; 1 Kor 16,9; Kol 4,3; Apk 3,8. 13Iżda ma kellix mistrieħ f’qalbi, għax ma stajtx insib lil ħija Titu; għalhekk sellimt lin-nies li joqogħdu hemmhekk u tlaqt lejn il-Maċedonja.#Atti 20,1.
14Niżżi ħajr lil Alla, għax hu li jmexxina dejjem fir-rebħ fi Kristu u li jxerred ma’ kullimkien permezz tagħna l-fwieħa tat-tagħrif tiegħu. 15Għaliex aħna nwasslu l-fwieħa ta’ Kristu fost dawk li jsalvaw u fost dawk li jintilfu.#1 Kor 1,18. 16Lil dawn tal-aħħar din il-fwieħa twassalhom għall-mewt, lil dawk twassalhom għall-ħajja. Min jinqala’ għal din il-ħidma?#Lq 2,34; 2 Kor 3,5-6. 17Aħna m’aħniex bħal ħafna li jinnegozjaw il-kelma ta’ Alla, iżda bħal nies b’qalbhom safja, bħal nies mibgħutin minn Alla, quddiem Alla nitkellmu fi Kristu.#2 Kor 1,12; 1 Pt 4,11.

Currently Selected:

2 KORINTIN 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in