YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 9

9
Kapitlu 9
Id-dritt tal-appostlu għall-għajxien
1Jaqaw m’iniex ħieles jien? M’iniex appostlu? Ma rajtx lil Sidna Ġesù? M’intomx intom l-opra tiegħi fil-Mulej?#Atti 22,17-18; 26,16; 1 Kor 15,8. 2Ukoll jekk stess għal ħaddieħor jien m’iniex appostlu, għalikom jien. Għax is-siġill#9,2: Is-siġill: is-siġill kien biċċa għodda inċiża biex jimmarkaw biha l-oġġetti jew l-ittri personali; ara Apk 5,1; 7,2. tal-appostolat tiegħi huwa intom stess fil-Mulej.#2 Kor 3,2-3.
3Quddiem dawk li jakkużawni, id-difiża tiegħi hi din: 4ma għandniex il-jedd li nieklu u nixorbu#9,4: Nieklu u nixorbu: tista’ żżid: spejjeż tagħkom?#Lq 10,8; 1 Kor 9,13-14.? 5Ma għandniex id-dritt li jkollna mara nisranija magħna#9,5: Li jkollna mara nisranija magħna?: litteralment Mara oħt li tista’ tfisser mara miżżewġa.? bħall-appostli l-oħra u l-aħwa tal-Mulej#9,5: L-Aħwa tal-Mulej: tista’ tfisser il-qraba tal-Mulej; ara nota Mt 12,46. u Kefa?#Ġw 1,42. 6Jaqaw jien u Barnaba biss ma għandniex id-dritt li ma naħdmux? 7Min qatt imur suldat u jħallas l-ispejjeż hu? Min iħawwel dielja u ma jikolx il-frott minnha hu? Min jirgħa l-merħla u ma jixrobx il-ħalib tagħha hu? 8M’iniex ngħid dan bl-awtorità ta’ bniedem. Mhux il-liġi stess tgħidu dan? 9Fil-Liġi ta’ Mosè hemm miktub: “Tagħmilx is-sarima f’ħalq il-gendus li jkun jidres.” Jaqaw Alla ħsiebu fil-gniedes?#Dt 25,4; 1 Tim 5,18. 10Mhux għalina biss qiegħed jgħid? Minħabba fina żgur inkiteb dan, biex min jaħrat, jaħrat bit-tama; u min jidres, jidres bit-tama li jkollu sehmu. 11Jekk aħna żrajna fostkom il-ħwejjeġ spiritwali, ħaġa kbira jekk naħsdu minn għandkom il-ħwejjeġ materjali?#Rum 15,27. 12Jekk l-oħrajn għandhom id-dritt li jaqsmu ħwejjiġkom magħkom, mhux aktar minnhom aħna?#Atti 20,34-35; 1 Kor 13,7; 2 Kor 11,9.
Iżda aħna ma nqdejniex b’dan id-dritt; iżda sofrejna kollox biex ma nfixklux l-Evanġelju ta’ Kristu. 13Ma tafux li min iservi fit-tempju jiekol mit-tempju, u dawk li jservu l-artal jaqsmu mal-artal?#2 Kor 11,9. #Lev 6,16; Num 18,8-31; Dt 18,1-3. 14Hekk ukoll il-Mulej ordna li dawk li jxandru l-Evanġelju jgħixu mill-Evanġelju.#Mt 10,10; Lq 10,7; Gal 6,6. 15Jien iżda ma nqdejt bl-ebda wieħed minn dawn id-drittijiet. Ma ktibtx dan biex ninqeda bihom issa. Aħjar għalija li mmut milli#9,15: Aħjar għalija li mmut milli …: sentenza mhix kompluta.… Ħadd ma hu sa jġibli fix-xejn il-ftaħir tiegħi.#Atti 18,3. 16Jekk jiena nxandar l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan. Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.#Ġer 20,9. 17Jekk dan nagħmlu minn rajja, ikolli dritt għall-ħlas; imma jekk nagħmlu għax obbligat, dan ifisser li qiegħed nagħmel ix-xogħol li Alla fdali f’idejja.#1 Kor 4,1. 18X’inhu mela l-ħlas tiegħi? Li meta nxandar l-Evanġelju, inxandru b’xejn, bla ma nfittex id-dritt li jagħtini l-Evanġelju stess.
19Għax għad li ma jiena marbut ma’ ħadd, jien għamilt lili nnifsi lsir ta’ kulħadd biex nirbaħ lil ħafna.#Mt 20,26-27. 20Mal-Lhud, sirt Lhudi, biex nirbaħ il-Lhud; ma’ dawk li huma taħt il-Liġi, qgħadt taħt il-Liġi - jien li m’iniex taħt il-Liġi - biex nirbaħ lil dawk li huma taħt il-Liġi.#Atti 16,3; 21,20-26. 21Bla Liġi ma’ dawk li huma mingħajrha - mhux għax jien bla liġi ta’ Alla, għax Kristu hu l-liġi tiegħi - biex nirbaħ lil dawk li huma barra l-Liġi.#Gal 2,3. 22Sirt dgħajjef mad-dgħajfin, biex nirbaħ id-dgħajfin. Sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva lil kulħadd.#Rum 11,14; 2 Kor 11,29. 23Nagħmel dan kollu minħabba l-Evanġelju biex ikolli sehem minnu. 24Ma tafux li l-ġerrejja fl-istadju kollha jiġru, imma l-premju wieħed jirbħu? Iġru, mela, ħalli tirbħuh.#Fil 3,14; 2 Tim 4,7. 25Kull atleta jiċċaħħad minn kollox, u dawn biex jirbħu kuruna midbiela, imma aħna, waħda li ma tidbielx.#2 Tim 2,4-8; Ġak 1,12; 1 Pt 5,4. 26Jien issa hekk niġri, mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt. 27Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.#Rum 8,13; 13,14.

Currently Selected:

1 KORINTIN 9: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in