YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 10

10
Kapitlu 10
L-idolatrija
1Għax ma rridkomx ma tkunux tafu, l-aħwa: missirijietna lkoll kienu taħt is-sħaba, ilkoll qasmu l-baħar,#Eż 13,21-22; 14,22-29. 2ilkoll kienu mgħammda f’Mosè fis-sħaba u fil-baħar, 3ilkoll kielu mill-istess ikel spiritwali -#Eż 16,4-35; Dt 8,3; S 78,24-29. 4xorbu tassew mill-blata spiritwali li kienet timxi magħhom, u din il-blata kienet Kristu -#Eż 17,6; Num 20,11; S 78,15. 5madankollu l-biċċa l-kbira minnhom lil Alla ma għoġbuhx għax ilkoll waqgħu mejta fid-deżert.#Num 14,16-30; S 78,31; Lhud 3,17; Ġuda 5. 6Dan ġara b’eżempju għalina, biex ma nixxennqux għal ħwejjeġ ħżiena, bħalma xxennqu huma.#Num 11,4-34; S 106,14; 1 Kor 10,11. 7Tmorrux wara l-allat foloz, kif għamlu xi wħud minnhom, bħalma hemm miktub: “Il-poplu qagħad bilqiegħda jiekol u jixrob, u qamu jixxalaw.”#Eż 32,6. 8Anqas ma għandna niżnu, kif xi wħud minnhom żnew, u f’jum wieħed mietu tlieta u għoxrin elf ruħ.#Num 25,1-9. 9Anqas ma għandna nġarrbu l-Mulej, kif xi wħud minnhom ġarrbuh, u qerduhom is-sriep.#Num 21,5-6. 10Anqas ma għandkom tgergru, kif għamlu xi wħud minnhom, u qeridhom il-Qerried.#Num 14,36; S 106,25-27; Lhud 3,11-17. 11Dan kollu ġralhom b’eżempju, u nkiteb bi twiddiba għalina li fuqna wasal tmiem iż-żminijiet#10,11: Wasal tmiem iż-żminijiet: kienet idea ta’ ħafna mill-ewwel ġenerazzjonijiet tal-insara li l-aħħar tad-dinja kien fil-qrib; għalhekk ħafna mill-istruzzjonijiet u t-twiddib tal-appostli kienu kkondizzjonati minn din il-fehma..#1 Kor 10,6; 1 Pt 4,7. 12Min jidhirlu li hu wieqaf, joqgħod attent li ma jaqax. 13S’issa ebda tiġrib ma laħaqkom li bniedem ma jiflaħx għalih; Alla hu fidil u ma jħallikomx tiġġarrbu aktar milli tifilħu; jaħseb li mat-tiġrib jagħtikom il-qawwa u l-għajnuna biex tkunu tifilħu għalih.#Dt 7,9; 1 Kor 1,9; 1 Tess 5,24.
L-Ewkaristija
14Għeżież tiegħi, aħarbu l-allat foloz.#1 Ġw 5,21. 15Lil nies għaqlin qiegħed inkellem; għarblu intom kulma ngħid. 16Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu? U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu?#Mt 26,26-28; Mk 14,22-24; Lq 22,19-20; Atti 2,42. 17Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.#Rum 12,5; 1 Kor 12,27; Ef 4,16; Kol 3,15. 18Ħarsu lejn Iżrael skont il-ġisem. Dawk li jieklu l-vittmi mhumiex f’għaqda mal-artal#10,18: Mhumiex f’għaqda mal-artal: jiġifieri f’għaqda ma’ Alla.?#Lev 7,6-15. 19X’irrid ngħid? Li l-ikel mogħti lill-allat foloz jiswa xi ħaġa? Jew li l-idoli huma xi ħaġa? 20Ngħid li s-sagrifiċċji li joffru l-pagani, lid-demonji#10,20: Id-demonji: il-ħafna spirti li l-pagani kienu jaħsbu li hawn jiġġerrew mad-dinja bi ħsara għall-bnedmin. joffruhom u mhux lil Alla; u jien ma rridx li intom tidħlu f’għaqda mad-demonji.#Dt 32,17; S 106,37; Bar 4,7. 21Ma tistgħux tixorbu x-xorb tal-Mulej u x-xorb tad-demonji; ma tistgħux taqsmu fil-Mejda tal-Mulej u fil-mejda tad-demonji.#Mal 1,7; 2 Kor 6,15-16. 22Jew se nqajmu l-għira tal-Mulej? Jaqaw aħna aqwa minnu?#Dt 32,21.
Kollox għall-glorja ta’ Alla
23Kollox hu sewwa, iżda mhux kollox jaqbel; kollox jiswa, iżda mhux kollox jedifika.#1 Kor 6,12. 24Ħadd ma għandu jqis qjiesu biss, iżda qjies ħaddieħor.#Rum 15,2. 25Kollox tistgħu tixtru u tieklu mis-suq tal-laħam, bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom:
26 “l-art b’kulma hemm fiha hi tal-Mulej.” # S 24,1; 50,12; 89,11.
27Jekk xi ħadd li ma jemminx jistedinkom, jekk tridu, morru; kulu kulma jkun lestielkom bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom.#Lq 10,8. 28Jekk xi ħadd jgħidilkom: ‘Dan kien offert lill-idoli,’ allura tiklux minn dak l-ikel, minħabba dak li wissiek u minħabba l-kuxjenza;#1 Kor 8,7. 29irrid ngħid, mhux il-kuxjenza tiegħek, imma ta’ dak l-ieħor. Għaliex il-libertà tiegħi għandha tkun imxekkla mill-kuxjenza ta’ ħaddieħor? 30Jekk jien niekol b’radd il-ħajr, għaliex għandi nkun mgħajjar b’dak li jien irrodd ħajr?#1 Tim 4,4. 31Sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla.#Kol 3,17. 32Tkunux ta’ tfixkil, la għal-Lhud, la għall-Griegi, u lanqas għall-Knisja ta’ Alla.#Rum 14,13. 33Hekk jiena nogħġob lil kulħadd f’kollox, bla ma nfittex l-interessi tiegħi, imma tal-ħafna biex isalvaw.#1 Kor 9,20-22; Għerf 2,23; Ġak 3,9.

Currently Selected:

1 KORINTIN 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in