1
MATTEW 21:22
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U kulma titolbu taqilgħuh, jekk ikollkom il-fidi.”
Compare
Explore MATTEW 21:22
2
MATTEW 21:21
Weġibhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, jekk ikollkom il-fidi u ma toqogħdux titħassbu, mhux biss dak li ġara lil din is-siġra tagħmlu, iżda wkoll jekk tgħidu lil din il-muntanja, ‘Inqala’ u inxteħet il-baħar,’ hekk isir.
Explore MATTEW 21:21
3
MATTEW 21:9
Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu: “Hosanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”
Explore MATTEW 21:9
4
MATTEW 21:13
U qalilhom: “Hemm miktub li ‘Dari dar it-talb tissejjaħ’. Intom, imma, għamiltuha għar tal-ħallelin!”
Explore MATTEW 21:13
5
MATTEW 21:5
‘Għidu lil bint Sijon: Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, ġwejjed, riekeb fuq ħmara u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija.’
Explore MATTEW 21:5
6
MATTEW 21:42
Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li ‘Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka; bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’?
Explore MATTEW 21:42
7
MATTEW 21:43
Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha.
Explore MATTEW 21:43
Home
Bible
Plans
Videos