1
1 KORINTIN 12:7
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Lil kull wieħed tingħata r-rivelazzjoni tal-Ispirtu għall-ġid ta’ kulħadd: lil wieħed kliem l-għerf, mill-istess Spirtu
Compare
Explore 1 KORINTIN 12:7
2
1 KORINTIN 12:27
Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom membru tiegħu.
Explore 1 KORINTIN 12:27
3
1 KORINTIN 12:26
jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata l-ġieħ, jifirħu lkoll miegħu.
Explore 1 KORINTIN 12:26
4
1 KORINTIN 12:8-10
lil ieħor il-kelma tas-sapjenza mill-istess Spirtu; lil ieħor il-fidi mill-istess Spirtu; lil ieħor id-don tal-fejqan mill-istess Spirtu; lil ieħor is-setgħa tal-mirakli; lil ieħor id-don tal-profezija; lil ieħor id-don tal-għażla tal-ispirti; lil ieħor diversi ilsna; lil ieħor it-tifsir tal-ilsna.
Explore 1 KORINTIN 12:8-10
5
1 KORINTIN 12:11
Dan kollu jaħdmu l-istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu.
Explore 1 KORINTIN 12:11
6
1 KORINTIN 12:25
B’hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem, imma l-membri kollha jaħsbu f’xulxin
Explore 1 KORINTIN 12:25
7
1 KORINTIN 12:4-6
Hemm imbagħad diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f’kulħadd.
Explore 1 KORINTIN 12:4-6
8
1 KORINTIN 12:28
Lil xi wħud Alla qegħedhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala appostli, it-tieni bħala profeti, it-tielet bħala għalliema. Imbagħad id-don tal-mirakli, imbagħad id-don tal-fejqan, l-għajnuna, it-treġija, u d-don ta’ ilsna diversi.
Explore 1 KORINTIN 12:28
9
1 KORINTIN 12:14
Issa l-ġisem mhuwiex membru wieħed, imma magħmul minn ħafna membri.
Explore 1 KORINTIN 12:14
10
1 KORINTIN 12:22
Mhux hekk biss, imma l-membri tal-ġisem li jidhru l-aktar dgħajfa, huma l-aktar meħtieġa
Explore 1 KORINTIN 12:22
11
1 KORINTIN 12:17-19
Kieku l-ġisem kollu kien għajn, fejn kien ikun is-smigħ? U kieku kien kollu smigħ, fejn kien ikun ix-xamm? Iżda Alla qiegħed il-membri fil-ġisem kull wieħed f’postu, kif għoġbu hu. Kieku kollha kellhom ikunu membru wieħed, fejn hu l-ġisem?
Explore 1 KORINTIN 12:17-19
Home
Bible
Plans
Videos