RUMANI 2:3-4
RUMANI 2:3-4 MB20
U taħseb int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor li jagħmel dawn il-ħwejjeġ, u tagħmilhom int ukoll; taħseb int, li sejjer taħrab il-ġudizzju ta’ Alla? Jew trid tabbuża mill-kobor tat-tjubija tiegħu, mis-sabar u l-ġenerożità tiegħu? Ma tafx li b’din il-ħniena tiegħu Alla jrid iwasslek għall-indiema?