YouVersion Logo
Search Icon

APOKALISSI 12

12
Kapitlu 12
Id-dehra tal-mara u d-dragun
1U deher sinjal kbir fis-sema: Mara#12,1: Mara: din hi l-Knisja. Is-Santi Padri u l-Liturġija kienu jaraw fiha lil Marija, għax fiha tinġabar il-Knisja. Id-Dragun hu x-Xitan, lest biex jeqred il-Knisja u lil uliedha., liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba#12,1: Kewkba: anġlu. fuq rasha.
2Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles.#Is 66,7; Mik 4,10. 3Imbagħad fis-sema deher sinjal ieħor: ara, Dragun kbir minn lewn in-nar, b’sebat irjus u għaxart iqrun#12,3: Għaxart iqrun: ara 5,6., u b’seba’ dijademi fuq irjusu. 4U b’denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art. U d-Dragun mar qagħad quddiem il-Mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu.#Dan 8,10. 5U hi wildet iben, tifel, li kien għad irid jirgħa l-ġnus b’xettru tal-ħadid. U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem it-tron tiegħu.#S 2,9; Is 7,14; 66,7; Apk 19,15. 6U l-Mara ħarbet fid-deżert, hemmhekk fejn għandha post imħejji minn Alla, biex hemm jitimgħuha għal elf, mitejn u sittin jum.#Apk 11,2; 13,5.
7Imbagħad qamet gwerra fis-sema: Mikiel u l-anġli tiegħu jitqabdu mad-Dragun. U d-Dragun u l-anġli tiegħu tqabdu,#Dan 10,13-21; 12,1; Ġuda 9. 8iżda ma kellhomx ħila jegħlbu, u ma kienx hemm iżjed post għalihom fis-sema. 9U kien imwaddab id-Dragun il-kbir, is-Serp tal-qedem, li hu msejjaħ id-Demonju u x-Xitan, il-qarrieq tad-dinja kollha, kien imwaddab għal fuq l-art, u miegħu kienu mwaddba l-anġli tiegħu.#Is 14,12; Lq 10,18; Ġw 12,31; Apk 20,2. 10U smajt leħen qawwi fis-sema jgħid:
“Issa ġiet is-salvazzjoni u l-qawwa,
u s-Saltna ta’ Alla tagħna,
u s-setgħa tal-Messija tiegħu,
għax twaddab ’il barra dak li jixli ’l ħutna#12,10: Dak li jixli ’l ħutna: il-kelma xitan tfisser akkużatur, xellej.,
li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.#Dan 7,7. #Ġob 1,9-11; Żak 3,1.
11U huma ħarġu rebbieħa fuqu
permezz tad-demm tal-Ħaruf
u bis-saħħa tal-kelma li xehdu,
u ma għożżewx ħajjithom,
minkejja saħansitra l-mewt.
12Għalhekk ifirħu, smewwiet,
u intom li tgħammru fihom.
Ħażin għalikom, art u baħar,
għax fikom niżel id-Demonju,
b’korla kbira fuqu,
għax jaf li żmien ftit baqagħlu.”
13Meta d-Dragun ra li safa mwaddab għal fuq l-art, huwa telaq għal wara l-Mara li wildet it-Tifel. 14Iżda lill-Mara tawha ż-żewġ ġwienaħ tal-Ajkla l-kbira biex ittir lejn il-post tagħha fid-deżert, fejn għandha tkun mitmugħa għal żmien#12,14: Għal żmien …: jiġifieri għal tliet żminijiet, tliet snin u nofs; ara 11,2., għal żewġ żminijiet, u għal nofs żmien, ’il bogħod mis-Serp.#Dan 7,25; 12,7. 15U s-Serp minn ħalqu xeħet wara l-Mara bħal xmara ta’ ilma biex iġorrha miegħu; 16imma l-art għenet il-Mara; l-art fetħet ħalqha u xorbot ix-xmara li d-Dragun kien xeħet minn ħalqu. 17U d-Dragun imtela bil-korla għall-Mara, u mar biex jagħmel gwerra mal-bqija ta’ nisilha, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesù.#Dan 7,7.21; Apk 11,7; 13,7. 18U waqaf fuq ir-ramel tal-baħar.

Currently Selected:

APOKALISSI 12: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in