SALMI 80
80
Salm 80
Talba tal-mirbuħin
1Lill-mexxej tal-kor. Fuq “Il-Ġilji”. Xhieda. Ta’ Asaf. Salm.#Is 63,15—64,11.#S 45,1.
2O Ragħaj ta’ Iżrael#80,2: O Ragħaj ta’ Iżrael: ix-xbieha ta’ Alla bħala ragħaj ta’ Iżrael insibuha spiss fit-Testment il-Qadim; u daħlet ukoll fit-Testment il-Ġdid; ara Ġen 48,15; S 23,1-2; 74,1; 78,52; 79,13; Is 40,11; Eżek 34,1-31; Ġw 10,1-18., agħti widen,
int li tmexxi bħal merħla ’l Ġużeppi.
Int li qiegħed fuq il-kerubini,#Eż 25,18-22; 1 Sam 4,4; 2 Sam 6,2; Eżek 34,1.
3iddi quddiem Efrajm, Benjamin u Manassi.
Qajjem il-qawwa tiegħek,
u ejja ħa ssalvana.
4Reġġagħna għal li konna, Alla tal-eżerċti;
itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek#80,4: Id-dija ta’ wiċċek: it-tbissima ta’ Alla għall-poplu tiegħu b’sinjal ta’ barka u mħabba., u nkunu salvi.#S 4,7; Ġer 31,18.
5Mulej, Alla tal-eżerċti,
kemm se ddum tinkorla minkejja t-talb tal-poplu tiegħek?#S 44,24.
6Tmajthom il-ħobż magħġun bid-dmugħ,
sqejthom id-dmugħ bix-xaba’.#S 42,4; 74,1.
7Għamilt minna t-tilwim tal-ġirien tagħna,
l-għedewwa tagħna jiddieħku bina.#S 44,14; 79,4.
8Reġġagħna għal li konna, Alla tal-eżerċti;
itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi.
9Int qlajt dielja#80,9: Dielja: xbieha tal-poplu ta’ Iżrael, li Alla ħarġu mill-Eġittu biex ixettlu f’Kangħan; ara Is 5,1-7; 27,2-3; Ġer 2,21; Hos 10,1; Mt 21,33. mill-Eġittu,
warrabt il-ġnus biex tħawwel lilha.#Is 5,1-7.
10Ħejjejt l-art għaliha;
hi xenxlet għeruqha u mliet l-art.
11Tgħattew l-għoljiet bid-dell tagħha,
bħaċ-ċedri l-kbar il-friegħi tagħha#80,11: Bħaċ-ċedri l-kbar il-friegħi tagħha: siġar kbar għoljin li jikbru fuq il-muntanji tal-Libanu; jintużaw fil-Bibbja bħala simbolu ta’ kburija (Is 2,13; Eżek 31,3; Żak 11,2), ta’ qawwa (2 Slat 14,9; S 29,5; Għam 2,9), ta’ sigurtà u riżq (Num 14,6; Ġer 22,23)..
12Meddet sal-baħar#80,12: Sal-baħar: tal-Mediterran. il-friegħi tagħha,
sax-Xmara#80,12: Ix-Xmara: ix-xmara tal-Ewfrat; ara 72,8. ż-żraġen tagħha.#Mħ 20.
13Għaliex, mela, ġarraft il-ħitan tagħha,
u kull min jgħaddi jqaċċat minnha?#Ġer 12,7-13.
14Iħarbatha l-ħanżir selvaġġ,
il-bhejjem tar-raba’ jirgħu fiha.
15Erġa’ ejja, Alla tal-eżerċti;
ħares mis-sema, u ara,
u żur ’il din id-dielja.
16Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek,
ir-rimja li int kabbart għalik.
17Jinqerdu mal-ħarsa qalila ta’ wiċċek
dawk li tawha n-nar u qaċċtuha.
18Ħa tkun idek fuq il-bniedem ta’ lemintek#80,18: Il-bniedem ta’ lemintek: il-prinċep jew il-kap tan-nazzjon.,
fuq il-bniedem li int saħħaħt għalik.
19Aħna ma nitbegħdux minnek;
roddilna l-ħajja, u aħna nsejħu ismek.
20Reġġagħna għal li konna, Alla tal-eżerċti;
itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi.
Currently Selected:
SALMI 80: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.