YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 42

42
Salm 42
IT-TIENI KTIEB
Salmi 42—72
Xewqa kbira għat-tempju ta’ Alla
1Għall-mexxej tal-kor. Maskil. Ta’ wlied Koraħ.
2Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma,
hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla#42,2 Alla: fit-tieni ktieb tas-Salmi (42-72) l-isem propju ta’ Jaħweh hu mibdul f’Eloħim, Alla, fil-biċċa l-kbira tas-Salmi..#S 63,2; 84,3; Is 26,9; Ġw 4,1.
3Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;
meta niġi u nara wiċċ Alla#42,3: Nara wiċċ Alla: inżur it-tempju; are Eż 23,17.?#S 27,4; 36,10.
4Id-dmugħ lejl u nhar kien l-ikel tiegħi,
meta l-jum kollu kienu jgħiduli:
“Fejn hu Alla tiegħek?”#S 79,10; Mik 7,10; Mal 2,17.
5Dan niftakar, u nħoss qalbi tinħall ġewwa fija,
kif kont nimxi lejn it-tabernaklu tas-sebħ sad-dar ta’ Alla,
fost għajjat ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr,
qalb folla ferħana.#S 27,4-5; Lam 3,20.
6Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi,
u titħawwad ġewwa fija?
Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru;#S 6,5.
7hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi!
Tintelaq ruħi ġo fija;
għalhekk fik niftakar
minn art il-Ġordan#42,7: Art il-Ġordan: in-naħa tat-Tramuntana tal-Palestina taħt il-muntanja tal-Ħermon fejn tibda x-xmara tal-Ġordan. Misgħar: xi għolja żgħira fl-istess inħawi. u mill-Ħermon
u mill-muntanja ta’ Misgħar.#S 43; 68,17.
8Minn irdum għal irdum jidwu#42,8: Minn irdum għal irdum jidwu: figura mnebbħa mill-gliegel tal-ilma ħierġa minn taħt il-Ħermon mnejn jibda l-Ġordan; ara 18,5; 69,2-4; Ġw 2,3-6.
l-ħsejjes qawwija tal-ilmijiet tiegħek;
il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek
għaddew minn fuqi.#S 32,6; 69,3; 88,8; Ġona 2,4.
9Lejl u nhar il-Mulej jurini l-ħniena tiegħu;
jien ngħanni u nitlob lil Alla l-ħaj#42,9: Alla l-ħaj: Alla li hu l-istess ħajja, mhux bħal alla Bagħal tal-Kangħanin li kien imut mal-istaġun tas-sajf u mal-ewwel xita jerġa’ jqum..
10Ngħid lil Alla, il-blata tiegħi:
“Għaliex tlaqtni?
Għax għandi ngħix imdejjaq
taħt it-tagħkis tal-għadu?”#S 18,3.
11Kull meta jgħajruni l-għedewwa tiegħi,
qishom qed ikissruli għadmi;
meta jgħiduli l-ħin kollu:
“Fejn hu Alla tiegħek?”
12Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi,
u titħawwad ġewwa fija?
Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru;
hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi!

Currently Selected:

SALMI 42: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in