SALMI 13
13
Salm 13
Talba fin-niket minħabba l-għadu
1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.
2Mulej, għal dejjem se tinsieni?
Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?#S 6,4; 77,8-9; 89,47; 94,3; Lam 5,20.
3Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq,
bl-imrar kuljum f’qalbi?
Kemm se jdum jintrefa’ l-għadu fuqi?
4Ħares u weġibni, Mulej, Alla tiegħi,
agħti d-dawl lil għajnejja,
li ma naqax fir-raqda tal-mewt;
5li ma jgħidx l-għadu tiegħi: “Għelibtu!”,
li ma jifirħux l-għedewwa għax jarawni nogħtor.#S 38,17.
6Imma jien fit-tjieba tiegħek nitma,
tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.
Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli.
Currently Selected:
SALMI 13: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.