YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 118

118
Salm 118
Purċissjoni trijonfali
1Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!#S 100,5; 136,1-2.
2Ħa jgħidu wlied Iżrael:
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu#118,2: Għal dejjem it-tjieba tiegħu: is-salm kien jitkanta bejn żewġ korijiet, wieħed iwieġeb lill-ieħor b’dan ir-ritornell..”#S 115,9-11; 135,19-20.
3Ħa tgħid dar Aron:
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
4Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej:
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
5Sejjaħt il-Mulej fid-dwejjaq tiegħi;
u l-Mulej weġibni, u ħariġni fil-wisa’.#S 4,2.
6La l-Mulej miegħi, m’għandix għax nibża’;
x’jista’ jagħmilli l-bniedem?#S 27,1; 54,6-9; 56,12; Lhud 13,6.
7Il-Mulej miegħi, hu l-għajnuna tiegħi,
u nħares b’wiċċi minn quddiem lejn l-għedewwa tiegħi.
8Aħjar tiskenn fil-Mulej
milli tittama fil-bnedmin.#S 146,3.
9Aħjar tiskenn fil-Mulej
milli tittama fil-kbarat.
10Il-ġnus kollha dawruni;
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
11Dawruni, minn kull naħa rassewni;
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
12Bħan-naħal daru miegħi,
bħan-nar tax-xewk madwari jħeġġu;
imma f’isem il-Mulej irbaħthom.#Dt 1,44.
13B’saħħithom kollha mbuttawni biex naqa’;
imma l-Mulej tani l-għajnuna.
14Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej;
hu kien għalija s-salvazzjoni tiegħi.#Eż 15,2; Is 12,2.
15Għajjat ta’ ferħ u rebħ fl-għerejjex tat-tajbin:
il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!
16Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa,
il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.
17Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix,
u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej.#Is 38,19.
18Ħaqarni tassew il-Mulej,
iżda ma telaqnix għall-mewt.
19Iftħuli l-bibien tal-ġustizzja#118,19: Iftħuli l-bibien tal-ġustizzja: are Neħ 12,27-43.;
ħa nidħol minnhom u rrodd ħajr lill-Mulej.#S 24,7-10.
20Dan hu bieb il-Mulej;
il-ġusti jidħlu minnu.#Is 1,26; 26,2.
21Niżżik ħajr talli weġibtni
u kont għalija s-salvazzjoni tiegħi.
22Il-ġebla li warrbu l-bennejja#118,22: Il-ġebla li warrbu l-bennejja: il-poplu ta’ Iżrael imwarrab mill-ġnus setgħana baqa’ l-magħżul ta’ Alla. Hekk Ġesù Kristu, imwarrab mill-kbarat tan-nazzjon, sar il-kap tal-univers; ara Mt 21,42; Lq 20,17; Atti 4,11; Rum 9,33; 1 Pt 2,7.
saret il-ġebla tax-xewka.#Is 28,16; Żak 3,9; 4,7; Mt 21,42; Mk 12,10-11; Lq 20,17; Atti 4,11; Rum 9,33; Ef 2,20; 1 Kor 3,11; 1 Pt 2,7.
23Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:
ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.
24Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa nifirħu u nithennew fih!
25Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana#118,25: Salvana: bil-Lhudi ħosigħanna, mnejn l-akklamazzjoni Osanna li biha l-Lhud laqgħu lil Ġesù f’Ġerusalemm; ara Mt 21,9; Mk 11,10.!
Ejja, nitolbuk, Mulej, agħtina r-riżq!#Neħ 1,11; Mt 21,9; 23,39; Mk 11,9-10; Lq 13,35; 19,38; Ġw 12,13.
26Imbierek minn ġej f’isem il-Mulej#118,26: Imbierek minn ġej f’isem il-Mulej: il-frażi f’isem il-Mulej tista’ tintrabat mal-verb ġej biex tfisser li l-persuna mbierka ġejja bis-setgħa jew b’delega ta’ Alla; inkella tintrabat ma’ mbierek fis-sens ta’ awgurju: “Ħa tkun imbierka mill-Mulej il-persuna li ġejja.”!
Inberkukom minn dar il-Mulej.
27Jaħweh hu Alla; hu d-dawl tagħna.
Tqassmu f’purċissjoni bil-friegħi f’idejkom
sa ħdejn l-artal.#Lev 23,40; Neħ 8,15; 2 Mak 10,7.
28Alla tiegħi int, jien niżżik ħajr;
Alla tiegħi, jien lilek inkabbar.
29Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!

Currently Selected:

SALMI 118: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in