YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 115

115
Salm 115
Il-Mulej waħdu hu Alla
1Mhux lilna, Mulej, mhux lilna,
iżda lil ismek sebbaħ,
għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek.#S 23,3; Eżek 36,22-23.
2Għaliex għandhom jgħidu l-ġnus:
“Fejn hu Alla tagħhom?”#S 79,10.
3Fis-smewwiet hu Alla tagħna;
hu jagħmel kulma jogħġbu.#S 135,6.
4Fidda u deheb huma l-allat tagħhom,
xogħol ta’ idejn il-bniedem.#S 135,15-18.#Is 44,9-10; Ġer 10,1-3; Bar 6,3-8.
5Għandhom il-fomm, u ma jitkellmux;
għandhom l-għajnejn, u ma jarawx;
6għandhom il-widnejn, u ma jisimgħux;
għandhom l-imnieħer, u ma jxommux;
7għandhom l-idejn, u ma jmissux;
għandhom ir-riġlejn, u ma jimxux;
ebda leħen ma joħroġ minn fommhom.
8Bħalhom ikunu dawk li jagħmluhom,
u dawk kollha li jittamaw fihom.
9Iżrael#115,9-11: Iżrael … Aron … dawk li jibżgħu mill-Mulej: tliet kategoriji ta’ nies; il-poplu ta’ Iżrael, il-qassisin mid-dar ta’ Aron, u l-pagani kkonvertiti jew imxaqilbin għar-reliġjon Lhudija; ara S 118,2; 135,19; Atti 10,2; 22,35; 13,16-26. Dan is-salm kien jitkanta fil-liturġija bejn żewġ korijiet. ittama fil-Mulej;
hu l-għajnuna u t-tarka tagħhom.#S 118,2-4; 135,19-20.
10Dar Aron ittamaw fil-Mulej;
hu l-għajnuna u t-tarka tagħhom.#S 33,20.
11Dawk li jibżgħu mill-Mulej ittamaw fil-Mulej;
hu l-għajnuna u t-tarka tagħhom.#Koħ 8,12; Mal 3,16.
12Il-Mulej jiftakar fina u jberikna;
ibierek ’il dar Iżrael, ibierek ’il dar Aron.
13Ibierek ’il dawk li jibżgħu mill-Mulej,
kemm iż-żgħar u kemm il-kbar.#Apk 11,18; 19,5.
14Ikattarkom ħafna l-Mulej,
lilkom u ’l uliedkom.#Dt 1,10-11; S 127,3.
15Imberkin intom mill-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
16Is-smewwiet huma s-smewwiet tal-Mulej;
imma l-art hu taha lill-bnedmin.#Ġen 1,28.
17Mhumiex il-mejtin#115,17: M’humiex il-mejtin: ara nota 6,6. li jfaħħru l-Mulej,
anqas ħadd minn dawk li jmorru fis-skiet;#S 6,6; 94,17; Is 38,18-19.
18imma aħna li nbierku l-Mulej,
minn issa u għal dejjem.
Hallelujah!

Currently Selected:

SALMI 115: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in