YouVersion Logo
Search Icon

MARK 11

11
Kapitlu 11
Id-daħla messjanika f’Ġerusalemm
(Mt 21,1-11; Lq 19,28-40; Ġw 12,12-16)
1Xħin waslu qrib Ġerusalemm, quddiem Betfaġe#11,1: Betfaġe: ara nota Mt 21,1. L-Għolja taż-Żebbuġ: ara nota Mt 21,1 u Betanja, ħdejn l-Għolja taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu 2u qalilhom: “Morru fir-raħal li hemm biswitkom, u kif taslu hemmhekk issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. 3Jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Dan kif qegħdin tagħmluh?’ għidulu, ‘Il-Mulej jeħtieġu, u malajr jerġa’ jibagħtu hawn#11,3: U malajr jerġa’ jibagħtu hawn: test ieħor jagħti dan il-v. hekk Jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Dan kif qegħdin tagħmluh?’, għidulu, ‘Il-Mulej jeħtieġu.’ U hu jibagħtu hawn minnufih..’ ” 4Marru, u sabu felu marbut ħdejn bieb barra fit-triq; u ħallewh. 5Xi wħud minn dawk li kienu hemm qalulhom: “X’intom tħolluh tagħmlu dak il-felu?” 6Huma weġbuhom kif kien qalilhom Ġesù, u dawk ħallewhom jagħmlu. 7Ħadu l-felu lil Ġesù, qiegħdu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u Ġesù rikeb fuqu. 8U bosta nies firxu fit-triq l-imnatar tagħhom#11,8: Firxu fit-triq l-imnatar tagħhom: ara 2 Slat 9,15., u oħrajn xi friegħi ħodor li kienu qatgħu mill-għelieqi. 9U kemm dawk li kienu miexja quddiem u kemm dawk li kienu miexja wara, bdew jgħajtu:#S 118,25-26; Mt 21,15; 23,39.
“Hosanna!
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!
10 Imbierka s-Saltna li ġejja ta’ David missierna.
Hosanna # 11,10: Hosanna: salvana: ara Mt 21,9 fl-ogħla tas-smewwiet!”#Lq 1,32-33; Atti 2,29.
11Daħal Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax.
Is-siġra tat-tin misħuta
(Mt 21,18-19)
12L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. 13Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu.#Lq 13,6. 14U qalilha: “Qatt iżjed ma jkun hawn min jiekol frott minnek għal li ġej!” U d-dixxipli tiegħu semgħuh.#Mk 11,20.
Il-qdusija tat-tempju
(Mt 21,12-17; Lq 19,45-48; Ġw 2,14-16)
15U waslu Ġerusalemm. Kif daħal fit-tempju, qabad ikeċċi l-bejjiegħa u x-xerrejja li kien hemm fit-tempju, qaleb l-imwejjed tas-sarrafa#11,15: Is-sarrafa: ara nota Mt 21,12. tal-flus u s-siġġijiet ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem, 16u ma ħalla lil ħadd mgħobbi b’xi ħaġa jaqsam mit-tempju. 17U beda jgħallimhom u jgħidilhom: “Ma hemmx miktub
li d-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar it-talb għall-ġnus kollha?
Intom, imma, għamiltuha għar tal-ħallelin!” # Is 56,7; Ġer 7,11.
18Dan wasal f’widnejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba, u bdew jaraw x’jagħmlu biex jeqirduh; għax huma kienu jibżgħu minnu, billi l-poplu kollu kien mimli bil-għaġeb għat-tagħlim tiegħu.#Mk 14,1; Lq 20,19. 19Filgħaxija mbagħad ħarġu barra mill-belt.
Tagħlima mis-siġra mnixxfa
(Mt 21,20-22)
20Filgħodu kmieni, huma u għaddejjin minn hemm, raw is-siġra tat-tin imnixxfa sa mill-għeruq.#Mk 11,14. 21Pietru ftakar, u qallu: “Ara Rabbi, it-tina li sħett int nixfet!” 22U Ġesù wieġeb u qalilhom: “Emmnu f’Alla. 23Tassew ngħidilkom, li jekk xi ħadd jgħid lil din il-muntanja, ‘Intrefa’ u nxteħet il-baħar’, bla ma joqgħod jitħasseb f’qalbu imma jemmen li dak li jgħid ikun se jsir, isirlu żgur.#Mt 17,20; Lq 17,6; 1 Kor 13,2. 24Għalhekk ngħidilkom: kulma titolbu fit-talb tagħkom, emmnu li tkunu ġa qlajtuh, u jingħatalkom. 25U meta tkunu weqfin#11,25: U Meta tkunu weqfin: Xi wħud mill-manuskritti jżidu v.26 jekk intom ma taħfrux, Missierkom li hu fis-smewwiet anqas hu ma jaħfrilkom dnubietkom; ara Mt 6,15. titolbu, jekk ikollkom xi ħaġa kontra xi ħadd, aħfru, biex ukoll Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.”#Mt 5,23; 6,14.
Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta’ Ġesù
(Mt 21,23-27; Lq 20,1-8)
27Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ#Mt 16,21; Mk 8,31; 14,43-53; 15,1; Lq 9,22. 28u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” 29“Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien,” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. 30Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni.”#Ġw 1,33. 31Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema’, jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’#Mt 21,32; Lq 7,30. 32Mela ngħidulu ‘Mill-bnedmin’?” Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta.#Mt 14,5; 21,46. 33Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

Currently Selected:

MARK 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in