MATTEW 1
1
Kapitlu 1
L-antenati ta’ Ġesù Kristu
(Lq 3,23-38)
1Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.#Ġen 5,1. 2Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu,#Ġen 21,3-12; 25,26; 29,35. 3Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,#Ġen 38,29-30; Rt 4,12-19; 1 Kron 2,4-9. 4Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon,#Rt 4,13-22; 1 Kron 2,10-12. 5Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, 6Ġesse nissel lil David, is-sultan.#2 Sam 12,24; Rt 4,17-22; 1 Kron 2,15.
David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija, 7Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, 8Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija, 9Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija, 10Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija, 11Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kien żmien l-eżilju f’Babilonja.#2 Slat 24,12-16; 1 Kron 3,15-16; Ġer 27,20.
12Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,#1 Kron 3,17; Esd 3,2. 13Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor, 14Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim, Akim nissel lil Eliħud, 15Eliħud nissel lil Elgħażar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb, 16Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu l-Messija#1,16: Messija: bil-Grieg Khristos, li minn titlu sar isem proprju. Hawnhekk aħjar it-titlu bil-Lhudi Maxiah..
17Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.
It-twelid ta’ Ġesù Kristu
(Lq 2,1-7)
18It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.#Lq 1,27-35. 19Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. 20Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej#1,20: Anġlu tal-Mulej: espressjoni biex tfisser il-preżenza ta’ Alla; ara Ġen 16,7; Eż 3,2-4. fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. 21Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù#1,21: Ġesù: bil-Lhudi Jexugħa, Jaħweh isalva, jifdi, jeħles., għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”#Mt 1,25; Lq 1,31; 2,21; Atti 4,12. 22Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:
23 ‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El,
li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna.’#Is 7,14. 24Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. 25Imma baqa’ ma għarafhiex#1,25: Ma għarafhiex: espressjoni Lhudija biex tfisser ir-relazzjoni intima bejn miżżewġin. sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.#Mt 1,21; Lq 1,31; 2,21.
Currently Selected:
MATTEW 1: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.