YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 1

1
Kapitlu 1
Il-Verb sar bniedem
1Fil-bidu kien il-Verb#1,1: Il-Verb: kelma Latina, bil-Grieg logos, li tfisser kelma, u napplikawha għat-Tieni Persuna tat-Trinità Mqaddsa. Żammejna din il-kelma Latina għaliex, billi “kelma” hi ta’ ġens femminil, kien ikollna stonatura ngħidu “il-kelma saret bniedem” meta qegħdin nitkellmu fuq Ġesù Kristu.,
u l-Verb kien ma’ Alla,
u l-Verb kien Alla.#Ġw 17,5; 1 Ġw 1,1-2. #Apk 19,13.
2Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
3Kollox bih sar,
u xejn ma sar mingħajru;
kulma sar#Għerf 9,1; Ġw 1,10; 1 Kor 8,6; Kol 1,16-17; Lhud 1,2. 4kellu l-ħajja fih,
u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.#Ġw 5,26.
5Id-dawl jiddi fid-dlam,
imma d-dlam ma għelbux#1,5: Imma d-dlam ma għelbux: jew u d-dlam ma fehmux..#Ġw 3,19.
6Kien hemm raġel mibgħut minn Alla,
jismu Ġwanni.#Mt 3,1; Mk 1,4; Lq 1,13-17; 3,2.
7Dan ġie bħala xhud,
biex jixhed għad-dawl,
biex bih kulħadd jemmen.
8Ġwanni ma kienx id-dawl,
imma ġie biex jixhed għad-dawl,#Ġw 1,20.
9dak id-dawl veru,
li jdawwal kull bniedem,
huwa u ġej fid-dinja.#1 Ġw 2,8.
10Kien fid-dinja,
u d-dinja saret bih,
imma d-dinja ma għarfitux.#Ġw 1,3-14; 17,25; 1 Kor 8,6; Kol 1,16; Lhud 1,2.
11Ġie f’daru,
u niesu ma laqgħuhx.
12Imma lil dawk li laqgħuh
tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla,
dawk li jemmnu f’ismu,#Gal 3,26.
13li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla.#Ġw 3,3-6; Ġak 1,18; 1 Pt 1,23; 1 Ġw 3,9; 5,18.
14U l-Verb sar bniedem u għammar fostna#1,14: U għammar fostna: litteralment: waqqaf l-għarix tiegħu fostna.,
u aħna rajna l-glorja tiegħu,
il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,
mimli bil-grazzja u l-verità.#Is 60,1-2; Ġw 2,11; Rum 1,3-4; Gal 4,4; Fil 2,7; 1 Tim 3,16; Lhud 2,14; 1 Ġw 4,2.
15Ġwanni ta xhieda fuqu
meta għajjat u qal:
“Dan hu li għalih għedtilkom,
‘Jiġi warajja, imma hu aqwa minni,
għax kien minn qabli.’ ”#Mt 3,11; Mk 1,7; Ġw 1,27-30.
16Għax mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna,
grazzja fuq grazzja.#Kol 2,10.
17Alla ta l-Liġi permezz ta’ Mosè
imma l-grazzja u l-verità
seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu.#Eżek 34,28; Ġw 7,19.
18Lil Alla għadu ħadd ma rah;
imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla#1,18: L-Iben il-waħdieni ta’ Alla: mal-Vulgata; manuskritti oħra L-Iben il-waħdieni li hu Alla.,
li hu fi ħdan il-Missier.#Eż 33,20; Mt 11,27; Lq 10,22; Ġw 6,46; 1 Tim 6,16; 1 Ġw 4,12.
Ix-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista
(Mt 3,1-12; Mk 1,1-8; Lq 3,1-18)
19Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”, 20hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.”#Ġw 3,28. 21Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom.#Dt 18,15-18; Mt 11,14; 17,11-13; Mk 9,13; Ġw 6,14; 7,40; Atti 3,22; 7,37. 22Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?” 23U hu wieġeb kif qal il-profeta Isaija:
“Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
‘Wittu t-triq tal-Mulej.’ ” # Is 40,3; Mt 3,3; Mk 1,3; Lq 3,4.
24Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. 25Huma staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?”#Mt 21,25; Mk 11,30; Lq 20,4; Ġw 1,33. 26“Jiena ngħammed bl-ilma,” weġibhom Ġwanni, “imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, 27u li ġej warajja; jiena anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu.”#Ġw 1,15; Atti 13,25. 28Dan ġara f’Betanja#1,28: Betanja: raħal fuq il-Lvant tal-Ġordan. Kien hemm Betanja oħra qrib Ġerusalemm; ara 11,1-18., in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.#Mt 3,13; Ġw 10,40.
Il-Ħaruf ta’ Alla
29L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja.#Is 53,6-7; Ġw 1,36; Atti 8,32; 1 Pt 1,18-19. 30Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’#Ġw 1,15. 31Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.” 32U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu.#Mt 3,16; Mk 1,10; Lq 3,22. 33Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, ‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.’ 34Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, ‘Dan hu l-Iben ta’ Alla’.”#Mt 3,17; 17,5; 27,54; Mk 9,7; 15,39; Lq 9,35; Ġw 20,31; Atti 9,20.
L-ewwel dixxipli
35L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. 36Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.”#Ġw 1,29. 37Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. 38Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” - li tfisser Mgħallem. 39Hu weġibhom: “Ejjew u taraw.” U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dak in-nhar baqgħu miegħu. Kien ħabta tal-għaxar siegħa#1,39: L-għaxar siegħa: l-erbgħa ta’ wara nofsinhar.. 40Wieħed mit-tnejn li semgħu x’kien qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru.#Mt 4,18-20; Mk 1,16-18. 41L-ewwel ma għamel mar isib lil ħuh Xmun, u qallu: “Sibna l-Messija” - li tfisser Kristu.#Ġw 4,25. 42U ħadu għand Ġesù. Ġesù ħares lejh u qallu: “Inti Xmun, bin Ġwanni. Inti tissejjaħ Kefa” - jew Pietru.#Mt 10,2; 16,18; Mk 3,16; Lq 6,14.
Ġesù jsejjaħ lil Filippu u ’l Natanjel
43L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.” 44Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru.#Ġw 12,21. 45Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.”#Dt 18,18; Is 7,14; 9,6; Eżek 34,23. 46Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. 47Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” 48Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin#1,48: Rajtek taħt is-siġra tat-tin: għandu mnejn kien qiegħed jimmedita l-Iskrittura skont id-drawwa tar-Rabbin. qabel ma sejjaħlek Filippu.” 49“Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!”#S 2,7; Sof 3,15; Mt 14,33; 16,16; 27,42; Mk 1,11; 3,11; 15,32; Lq 3,22; 4,41; Atti 13,33. 50Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn!” 51U żied jgħidlu: “Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u niżlin fuq Bin il-bniedem.”#Ġen 28,12.

Currently Selected:

ĠWANNI 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy