YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 52

52
Kapitlu 52
Il-ħelsien ta’ Sijon mill-jasar
1Stenbaħ! Stenbaħ!
Xidd il-qawwa tiegħek, Sijon!
Ilbes mill-isbaħ, Ġerusalemm, belt qaddisa!
Fik il-pagan jew l-imniġġes ma jidħolx aktar.#Is 51,9; Apk 21,27.
2Tfarfar mit-trab, qum, ilsira Ġerusalemm,
ħoll l-irbit minn għonqok, ilsira bint Sijon!
3Għax dan jgħid il-Mulej:
“Kontu mibjugħa b’xejn,
u mingħajr flus tinfdew.”#Is 45,13.
4Għax dan jgħid sidi l-Mulej:
“Niżel il-poplu tiegħi żmien ilu fl-Eġittu,
biex jgħammar hemm barrani;
u l-Assirja għakksitu għal xejn b’xejn.
5U issa x’se nagħmel jien hawnhekk?
Oraklu tal-Mulej.
Il-poplu tiegħi kien meħud bla flus,
u l-ħakkiema tiegħu jiftaħru b’dan.
Oraklu tal-Mulej.
Ismi mkasbar kull jum.#Eżek 36,20-22; Rum 2,24.
6Għalhekk il-poplu tiegħi jagħraf ismi;
jagħraf dakinhar li hu jien li kont ngħid:
‘Hawn jien!”
7Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji
r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara,
ta’ min ixandar is-sliem,
ta’ min iħabbar ir-risq,
ta’ min ixandar is-salvazzjoni,#Is 40,9; Mk 16,15-16; Atti 10,36; Rum 10,15; Ef 6,15.
8u jgħid lil Sijon:
“Alla tiegħek isaltan!”
Ismagħha l-għajta!
L-għassiesa tiegħek għollew leħenhom,
ilkoll flimkien jgħajtu bil-ferħ,
għax raw b’għajnejhom lill-Mulej
rieġa’ lura f’Sijon.#Eż 33,20; Is 62,6; Eżek 43,1-5.
9Intom, ħerbiet ta’ Ġerusalemm,
għajtu lkoll bil-ferħ,
għax farraġ il-Mulej il-poplu tiegħu,
feda lil Ġerusalemm.
10Kixef il-Mulej id-driegħ tiegħu qaddis,
quddiem il-ġnus kollha,
u raw it-truf kollha tal-art
is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.#Lq 2,30; 3,6.
11Itilqu, itilqu, oħorġu minn hemm#52,11: Minn hemm: minn Babilonja. Tagħmir il-Mulej: it-tagħmir li Nabukodonosor kien ħataf mit-tempju meta qered lil Ġerusalemm fis-sena 587 QK; ara Esd 1,7.,
tmissu xejn imniġġes.
Oħorġu minn ġo nofsha! Tnaddfu,
intom li ġġorru tagħmir il-Mulej.#Ġer 51,45; 2 Kor 6,17; Apk 18,4.
12Għax intom ma toħorġux imgħaġġla,
u ma titilqux qiskom maħruba,
għax jimxi quddiemkom il-Mulej
u warajkom Alla ta’ Iżrael.#Eż 12,31-34-39; 13,21; 14,19.
Is-sofferenzi tal-Qaddej tal-Mulej
13Araw! il-qaddej tiegħi#52,13: Il-Qaddej tiegħi: dan hu r-raba’ u l-aħħar oraklu tal-Qaddej tal-Mulej (52,13-53,12). Il-Qaddej isalva l-poplu permezz tat-tbatija u l-mewt tiegħu stess, kif tabilħaqq seħħ fil-persuna ta’ Ġesù Kristu. jsib ir-risq,
jintrefa’, jogħla u jkun ’il fuq minn kulħadd.#S 22; Is 42; Għerf 2,12-24.#Ġw 12,32; Fil 2,9; Ef 1,20-21.
14Bħalma ħafna ndiehxu minnu,
- għax wiċċu tħassar, donnu ma kienx bniedem,
u s-sura tiegħu ma kontx tqisha ta’ bniedem -#S 69,8; Ġw 19,5; Mt 27,29-31.
15hekk għad jistagħġbu ħafna ġnus minħabba fih.
Quddiemu s-slaten jagħlqu ħalqhom,
għax għad jaraw ġrajja li qatt ma ssemmiet,
u jifhmu dak li qatt ma semgħu bih.#Rum 15,21.

Currently Selected:

ISAIJA 52: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in