YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 47

47
Kapitlu 47
Il-qerda ta’ Babilonja
1Inżel minn hemm, oqgħod fit-trab,
xbejba, bint Babilonja#47,1: Xbejba, bint Babilonja, li darba kienet issaltan fuq kulħadd, issa saret daqsxejn ta’ tfajla lsira..
Oqgħod bilqiegħda fl-art, bla tron!
Bint il-Kaldin!
Ħadd ma jsejjaħlek iżjed
‘Il-Ħelwa’ u ‘l-Għaxqana’,#Is 13,1-14; Ġer 50—51; Ħab 1—2.
2Aqbad il-mitħna u itħan id-dqiq;
neħħi l-istar minn fuqek;
erfa’ l-kurkar;
ikxef riġlejk, aqsam ix-xmajjar.
3Jikxfulek għertek u jarawlek għajbek!
“Jien għad nitħallas u ma neħlisha lil ħadd.”#Ġer 13,22; Hos 2,5.
4Jgħid il-feddej tagħna,
Jaħweh tal-eżerċti ismu,
il-Qaddis ta’ Iżrael.#Is 41,14.
5Oqgħod fi kwietek u idħol fid-dlam,
bint il-Kaldin.
Ma jsejħulekx aktar: “Sidt is-saltniet.”
6Kont mgħaddab għall-poplu tiegħi;
niġġist ’il wirti u rħejthom f’idejk,
imma int ma wrejthomx ħniena;
taqqalt il-madmad fuq ix-xjuħ kemm flaħt.#Is 10,6; Żak 1,15.
7U int għedt: “Jien inkun sultan għal dejjem.”
Ma daħħaltx f’rasek dawn il-ħwejjeġ;
ma ftakartx fit-tmiem.#Dt 32,28-29.
8U issa isma’ dan, ja mxaħxħa fil-pjaċir,
int li tgħix b’moħħok mistrieħ;
int li tgħid f’qalbek: “Jiena, u ħadd ħliefi,
ma normol qatt;
ma nkunx bla wlied.”#Sof 2,15; Apk 18,7-8.
9Imma dawn it-tnejn f’jum wieħed
f’daqqa għad jilħquk:
telfa ta’ wlied u rmulija.
Għad jilħquk fil-milja tagħhom,
minkejja l-kotra ta’ sħarijietek#47,9: Sħarijietek: il-Babiloniżi kienu msemmija għall-maġija, divinazzjoni, astroloġija u ħwejjeġ oħra bħal dawn.,
minkejja s-saħħa ta’ magħmulek.
10Int ittamajt fi ħżunijietek;
int għedt: “Ħadd ma jarani!”
Qarrquk għerfek u għaqlek,
u int għedt f’qalbek:
“Jiena, u ħadd ħliefi.”
11Imma għad tilħqek ħsara kbira,
li ma tagħrafx tegħlibha bi sħarijietek,
taqa’ fuqek qerda li ma jkollokx ħila tbiegħed,
tilħqek ħesrem ħerba li qatt ma tkun bsart.
12Żomm sħiħ, mela, fil-magħmul tiegħek,
fil-kotra ta’ sħarijietek,
li fihom stinkajt sa minn żgħożitek.
Għandhom mnejn jiswewlek;
għandek mnejn tbażża’ n-nies bihom.#Apk 18,23.
13Fnietek il-kotra tal-kunsillieri tiegħek!
Ħa jqumu issa u jgħinuk,
l-għarriexa tas-smewwiet,
li jħarsu lejn il-kwiekeb,
u ta’ kull xahar jgħidulek
x’se jkun li ġej għalik.
14Ara, bħat-tiben jaħraqhom in-nar;
ma jeħilsuhiex mis-setgħa tan-nirien.
Ma jkunx ġamar għas-sħana,
ma jkunx nar li toqgħod ħdejh.
15Hekk ikunu għalik dawk li fnewk,
is-saħħara li kellek sa minn żgħożitek;
kulħadd jitlaq għal rasu,
ħadd ma jibqa’ hemm biex jgħinek.

Currently Selected:

ISAIJA 47: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in