YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 26

26
Kapitlu 26
L-Għanja tal-ħelsien
1Dakinhar
jitkanta dan l-innu fl-art ta’ Ġuda:
“Għandna belt qawwija;
bnielna swar u ħitan għall-ħelsien tagħna.#Is 60,18.
2Iftħu l-bibien,
biex jidħol il-poplu ġust li jżomm is-sewwa.#S 118,19-20.
3Il-fehma tiegħu sħiħa fik;
inti ssaħħaħlu s-sliem,
għax fik ittama.#Is 32,17-18; 54,13.
4Ittamaw fil-Mulej, għal dejjem,
għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem.#Dt 32,4; S 62,8; Is 30,29.
5Lil min kien fl-għoli niżżlu,
il-belt imkabbra niżżilha,
waqqagħha għal isfel,
fit-trab xeħitha;#Is 25,12; 32,19.
6taħt is-saqajn tirtifes,
saqajn il-fqir, ir-rifs tal-imsejknin.”
7Wietja hi triq il-ġust,
mogħdija dritta tħejji għall-ġust.#S 23,3-4; Prov 11,3-5.
8Iva, fi triq il-ġudizzji tiegħek nittamaw, Mulej;
għal ismek u tifkirtek tixxennaq ruħna.
9Billejl tixtieqek ruħi;
mas-sebħ tfittxek ġo fija qalbi.
Għaliex meta jiddu l-ġudizzji tiegħek fuq l-art,
in-nies tad-dinja jitgħallmu l-ġustizzja.#S 42,2; 94,15.
10Iħennu għall-ħażin, imma dan is-sewwa ma jitgħallimx;
f’art id-dritt jimxi bl-imgħawweġ,
u l-kobor tal-Mulej ma jqisux.#Is 5,12.
11Mulej, għollejt idek, u huma ma rawhiex.
Ħa jaraw il-ħeġġa tiegħek għall-poplu u jistħu;
ħa jkollhom in-nar lest għall-għedewwa tiegħek.
12Mulej, int tagħtina s-sliem,
għemilna kollu għamiltu int għalina.#Ġer 29,11.
13Mulej, Alla tagħna, ħakmuna sidien oħra,
imma aħna lilek u lil ismek biss infaħħru.
14Huma mejta, ma jgħixux,
erwieħ li ma jqumux.
Hekk int ikkastigajthom u qridthom,
u ħassart kull tifkira tagħhom.
15Imma int kattart il-ġens, Mulej,
kattart il-poplu u ssebbaħt,
wessajt it-truf kollha tal-pajjiż.#Neħ 9,23; Is 54,2-3.
16Mulej fid-dwejjaq fittixniek,
sejjaħnielek int u tikkastigana.#Hos 6,1.
17Bħal mara tqila fil-ħlas
titkagħweġ u tgħajjat bl-uġigħ,
hekk konna aħna quddiemek Mulej.#Is 13,8; 37,3; Hos 13,13; Mik 4,10.
18Tqâlna u tkagħwiġna u wlidna r-riħ;
is-salvazzjoni fuq l-art ma ksibnihiex,
u ma tweldux nies biex jgħammru fl-art.
19Għax jgħixu mill-ġdid il-mejtin tiegħek,
il-katavri jqumu lkoll#26,19: Il-katavri jqumu lkoll: dan il-qawmien tal-mejtin ifisser it-tiġdid tal-poplu ta’ Iżrael wara d-diżastru tal-eżilju; ara Eżek 37..
Jistenbħu u jgħannu dawk li jgħammru fit-trab.
In-nida tiegħek hi nida ta’ dawl,
u l-art trodd il-mejtin.#Eżek 37,5-6; Dan 12,2; Hos 6,2; 13,14; Ef 5,14.
20Mur, poplu tiegħi, idħol fil-kmamar tiegħek,
u sakkar il-bibien warajk!
Inħeba għal ftit sa ma tgħaddi l-korla.#Ġob 14,13-15; Mt 6,6.
21Għax, araw, il-Mulej ħiereġ minn għamartu,
biex jitħallas tal-ħażen tan-nies tal-art;
l-art tikxef id-demm li xorbot,
u ma tgħattix aktar il-maqtulin tagħha.#Mik 1,3; Apk 3,10.

Currently Selected:

ISAIJA 26: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in