LHUD 4
4
Kapitlu 4
1Ħa jkollna mela l-biża’ li, waqt li l-wegħda li nidħlu fil-mistrieħ tiegħu għadha hemm, ma jkunx hemm xi ħadd minnkom li jibqa’ lura. 2Għax aħna wkoll, bħalhom irċevejna l-aħbar it-tajba. Imma lilhom ma switilhom xejn il-kelma li semgħu, għax meta semgħuha ma emmnux#4,2: Għax meta semgħuha ma emmnux: Mss oħra għax ma ngħaqdux permezz tal-fidi ma’ dawk li semgħu l-kelma.. 3Aħna, li nemmnu, nidħlu fil-mistrieħ, kif qal hu:
“Hekk ħlift fl-għadab tiegħi,
‘Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.’ ” #
S 95,11; Lhud 3,11; 4,5.
Madankollu l-għemil ta’ Alla kien mitmum fil-ħolqien tad-dinja, 4kif jingħad x’imkien fl-Iskrittura fuq is-seba’ jum: “Strieħ Alla fis-seba’ jum mix-xogħol kollu tiegħu.”#Ġen 2,2. 5Imbagħad hawn jgħid ukoll, “Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.”#S 95,11; Lhud 3,11; 4,1. 6Min-naħa l-oħra xi wħud għandhom jidħlu f’dan il-mistrieħ; u, billi dawk li kienu l-ewwel li ħadu l-bxara t-tajba ma daħlux ħtija tal-ebusija ta’ rashom, 7Alla għażel mill-ġdid jum ieħor - “illum” - meta wara ħafna żmien qal b’fomm David il-kliem li semmejna,
“Jekk illum tisimgħu leħnu,
la twebbsux qalbkom.” #
S 95,7-8; Lhud 3,7-8.
8Kieku kien Ġożwè li tahom il-mistrieħ, Alla ma kienx jitkellem minn jum wara dan.#Dt 31,7; Ġoż 22,4. 9Mela għad baqa’ mistrieħ tas-Sibt għall-poplu ta’ Alla. 10Għax min jidħol fil-mistrieħ ta’ Alla jistrieħ hu wkoll mix-xogħol kif Alla strieħ minn tiegħu.#Ġen 2,2; Lhud 4,4. 11Infittxu mela li nidħlu f’dan il-mistrieħ, biex ma jkunx hemm min jaqa’ bħalhom fuq l-eżempju tal-ebusija tagħhom#4,11: Fuq l-eżempju tal-ebusija tagħhom: jew u jkun eżempju tal-istess ebusija bħalhom..
12Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija, taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.#Is 49,2; Ġw 12,48; Ef 6,17; 1 Pt 1,23; Apk 19,15. 13Xejn ma hemm fil-ħolqien li hu moħbi għalih, imma kollox hu miftuħ għal għajnejn Alla, li lilu rridu nagħtu kont.
Ġesù Kristu l-qassis il-kbir
14Mela meta aħna għandna l-qassis il-kbir, li hu tassew kbir, qassis li daħal fis-smewwiet, Ġesù, Bin Alla, ħa nżommu sħiħa l-fidi tagħna u nistqarruha.#Lhud 3,11; 6,20; 7,26; 8,1; 9,11; 10,23. 15Għax aħna ma għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f’kollox, minbarra d-dnub.#Lhud 2,17. 16Ħa nersqu, mela, b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f’waqtha l-grazzja li neħtieġu.#Lhud 10,19.
Currently Selected:
LHUD 4: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.