YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 41

41
Kapitlu 41
Il-ħolm tal-Fargħun
1U ġara li wara sentejn sħaħ, ħolom il-Fargħun ukoll. Ħolom li kien qiegħed f’xatt in-Nil, 2u telgħu min-Nil seba’ baqriet sbieħ f’surithom u smien f’laħamhom u bdew jirgħu fil-ħaxix. 3U mbagħad jara seba’ baqriet oħra telgħin min-Nil warajhom; koroh f’surithom u magħluba f’laħamhom. U waqfu ħdejn il-baqar l-oħra ħdejn xatt in-Nil. 4U l-baqar koroh f’surithom u magħluba f’laħamhom belgħu s-seba’ baqriet sbieħ f’surithom u smien f’laħamhom. Hawn il-Fargħun stenbaħ. 5Imbagħad raġa’ raqad, u jara seba’ sbuliet ħierġa minn fuq zokk wieħed, smien u sbieħ. 6U jara seba’ sbuliet oħra rqaq u maħruqin mir-riħ tal-Lvant. 7U s-sbuliet irqaq belgħu s-sbuliet is-smien u mimlija. U l-Fargħun stenbaħ.
8Filgħodu ħass ruħu mħasseb, u bagħat isejjaħ is-saħħara kollha tal-Eġittu u l-għorrief kollha; u l-Fargħun qalilhom il-ħolm tiegħu, u ma kien hemm ħadd li kellu l-ħila jfissru lill-Fargħun.#Eż 7,11-12; 8,1-3.
9U l-kap tal-kuppieri kellem lill-Fargħun u qallu: “Nistqarr illum il-ħtija tiegħi. 10Il-Fargħun kien saħan għall-qaddejja tiegħu u xeħithom il-ħabs fid-dar tal-kap tal-koki, lili u lill-kap tal-pannettieri. 11U ħlomna ħolma billejl, jiena u hu, kull wieħed b’tifsira għalih. 12U magħna kien hemm żagħżugħ Għebrew, qaddej tal-kap tal-koki, u aħna għednielu, u hu fissrilna l-ħolm tagħna, lil kull wieħed skont il-ħolma tiegħu.#Dan 1,17. 13U ġara li seħħ kollox kif kien fissrilna hu: lili l-Fargħun qegħedni f’posti mill-ġdid, u lil sieħbi għallqu.”
14U l-Fargħun bagħat isejjaħ lil Ġużeppi u ħarġuh malajr mill-ħabs, qata’ xagħru, biddel ħwejġu u daħal quddiem il-Fargħun.#S 105,20. 15U l-Fargħun qal lil Ġużeppi: “Jien ħlomt ħolma u ma hawnx min ifissirhieli. U jien smajt bik, għax qaluli li biżżejjed tisma’ ħolma biex tfissirha.”
16U Ġużeppi wieġeb lill-Fargħun u qallu: “Mhux jien! Alla hu li jwieġeb b’risq il-Fargħun.”#Ġen 40,8. 17U l-Fargħun kellem lil Ġużeppi u qallu: “Stħajjiltni f’ħolma qiegħed f’xatt in-Nil. 18U, ara, rajt telgħin seba’ baqriet smien f’laħamhom u sbieħ f’surithom u bdew jirgħu l-ħaxix. 19Imbagħad rajt telgħin warajhom seba’ baqriet dgħajfa, koroh wisq f’surithom u magħluba f’laħamhom. Qatt ma rajt koroh bħalhom fl-art kollha tal-Eġittu. 20U l-baqar magħluba u koroh kielu s-seba’ baqriet smien tal-ewwel. 21U dawn daħlu ġol-ġewwieni tagħhom, u ma kienx jidher li daħlu fihom, għax dehrithom baqgħet kerha bħal qabel. U stenbaħt. 22Rajt ukoll fil-ħolm seba’ sbuliet telgħin fuq zokk wieħed, mimlija u sbieħ. 23U ara, seba’ sbuliet nixfin, irqaq u maħruqin mir-riħ tal-Lvant, 24u s-sbuliet nixfin belgħu s-sbuliet is-sbieħ. U jien kellimt lis-saħħara u ma kien hemm ħadd li jaf jgħidli xejn.”
25U Ġużeppi qal lill-Fargħun: “Kollu wieħed il-ħolm tal-Fargħun. Kulma se jagħmel, Alla ħabbru lill-Fargħun. 26Is-seba’ baqriet sbieħ huma seba’ snin, u s-seba’ sbuliet sbieħ huma seba’ snin; ħolma waħda din. 27U s-seba’ baqriet magħluba u koroh li telgħu warajhom huma seba’ snin; u s-seba’ sbuliet nixfin u maħruqin mir-riħ tal-Lvant huma seba’ snin ta’ ġuħ. 28Dan hu l-kliem li għedt lill-Fargħun: Kulma se jagħmel Alla, wrieh lill-Fargħun.
29“Araw, ġejjin seba’ snin ta’ xaba’ kbir fl-art kollha tal-Eġittu. 30U warajhom jiġu seba’ snin ta’ ġuħ, u jintesa x-xaba’ kollu fl-art tal-Eġittu, u l-ġuħ itemm l-art. 31U ħadd ma jintebaħ li qatt kien hemm ix-xaba’ fl-art, minħabba l-ġuħ li jaqa’ fuqha wara dan, għax tassew ikun qalil. 32U dan li l-ħolma ttenniet għal darba tnejn ifisser li Alla diġà qatagħha, u dalwaqt Alla jtemmha. 33U issa l-Fargħun għandu jfittex bniedem dehni u għaqli, u jqiegħdu fuq l-art tal-Eġittu. 34Ħa jagħmel ukoll il-Fargħun suprintendenti fuq l-art, u jieħu minn ħamsa waħda mill-prodotti tal-art tal-Eġittu. 35Jiġbru l-ikel ta’ dawn is-snin tax-xaba’ li ġejjin, u jaħżnu fl-ibliet il-qamħ għall-ikel taħt idejn il-Fargħun u jerfgħuh. 36U jkun dan l-ikel u tkun din il-ħażna ta’ ikel għall-pajjiż fis-seba’ snin ta’ ġuħ li se jaqgħu fuq l-art tal-Eġittu. Hekk il-pajjiż ma jinqeridx bil-ġuħ.”
Ġużeppi gvernatur fuq l-Eġittu
37Dan il-kliem għoġbu lill-Fargħun u l-qaddejja tiegħu.#Atti 7,10. 38U l-Fargħun qal lill-qaddejja tiegħu: “Nistgħu nsibu bniedem ieħor bħal dan li għandu l-ispirtu ta’ Alla fih?” 39U kompla jgħid lil Ġużeppi: “Wara li Alla wriek dan kollu ma hawnx bniedem ta’ dehen daqsek.#Atti 7,10. 40Int tkun fuq id-dar tiegħi u fuq il-poplu tiegħi kollu; fit-tron biss inkun jien akbar minnek.”#S 105,21; Għerf 10,14; 1 Mak 2,53; Atti 7,10. 41U l-Fargħun issokta jgħid lil Ġużeppi: “Ara, jien se nqiegħdek fuq l-art kollha tal-Eġittu.” 42U l-Fargħun qala’ s-siġill minn idu#41,42: Qala’ s-siġill minn idu: kien ċurkett bis-siġill fih, li bih il-Fargħun kien jissiġilla d-dokumenti uffiċjali. B’dan il-ġest il-Fargħun ta l-awtorità sħiħa lil Ġużeppi bħala rappreżentant tiegħu. Il-kullana tad-deheb kienet l-insinja tad-dinjità għolja fl-amministrazzjoni pubblika., u qiegħdu f’id Ġużeppi, u libbsu lbies tal-għażel fin, u qegħedlu madwar għonqu kullana tad-deheb. 43U rikkbu fuq it-tieni karru li kellu, u bdew jgħajtu quddiemu: “Abrek#41,43: Abrek: akklamazzjoni trijunfali; ma nafux sewwa xi tfisser. Toqrob lejn il-kelma Assira abarakku, viżier, speċi ta’ ministru.!” U hekk qiegħdu fuq l-art kollha tal-Eġittu. 44U l-Fargħun qal lil Ġużeppi: “Jiena l-Fargħun, imma mingħajrek ħadd ma jerfa’ idu jew riġlu fl-art kollha tal-Eġittu.” 45U l-Fargħun semma ’l Ġużeppi Safenat-panija#41,45: Safenat-panija: Alla jitkellem u (t-tarbija) tgħix.; u żewġu lil Asenat, bint Putifera#41,45: Putifera: dak li Ra (alla) tah. Asenat, jiġifieri, tal-alla mara Nejt., qassis ta’ On#41,45: On: belt xi ħdax-il kilometru ’l bogħod fuq il-Grigal tal-Kajr; ara 41,50; 46,20; Eż 30,17., u Ġużeppi ħareġ idur l-art tal-Eġittu.
Is-seħħ tal-ħolm
46U Ġużeppi kellu tletin sena meta deher quddiem il-Fargħun, sultan tal-Eġittu; u ħareġ minn quddiem il-Fargħun u mar idur l-art kollha tal-Eġittu.
47U matul is-seba’ snin tax-xaba’, li laħqu l-art tal-Eġittu, l-art għamlet frott bil-kotra. 48U ġabar Ġużeppi l-ikel kollu tas-seba’ snin tax-xaba’ li ġew fuq l-Eġittu u ħażen dan l-ikel fl-ibliet, jiġifieri f’kull belt il-frott tar-raba’ ta’ madwarha. 49U Ġużeppi ġabar qamħ daqs ir-ramel tal-baħar, b’kotra hekk kbira li għeja jkejlu, għax kien bla qjies.
50U ’l Ġużeppi tweldulu żewġ ulied qabel ma waslet is-sena tal-ġuħ; wildithomlu Asenat, bint Putifera, qassis ta’ On.#Ġen 46,20; 48,5. 51U Ġużeppi semma l-kbir Manassi, għax qal: “Alla nessieni l-għawġ kollu tiegħi u d-dar kollha ta’ missieri.” 52U t-tieni semmieh Efrajm, għax qal: “Alla tani li nnissel f’art in-niket tiegħi.”
53U ntemmu s-seba’ snin tax-xaba’ li kienu ġew fuq l-Eġittu. 54U laħqu s-seba’ snin tal-ġuħ, bħalma kien qal Ġużeppi; u kien hemm il-ġuħ fl-artijiet kollha, imma fl-art kollha tal-Eġittu kien hemm il-ħobż.#S 105,16; Atti 7,11.
55Imbagħad ġie l-ġuħ fuq l-art kollha tal-Eġittu, u l-poplu beda jgħajjat lill-Fargħun għall-ħobż. U l-Fargħun beda jgħid lin-nies kollha tal-Eġittu: “Morru għand Ġużeppi, u agħmlu li jgħidilkom.”#Ġw 2,5.
56U kien hemm il-ġuħ fuq wiċċ l-art kollha; u Ġużeppi fetaħ l-imħażen kollha u beda jbigħ lin-nies tal-Eġittu; u l-ġuħ baqa’ jagħfas fuq l-art tal-Eġittu. 57U kienu jiġu l-Eġittu minn kull pajjiż għand Ġużeppi biex jixtru l-qamħ; għax il-ġuħ kien jagħfas fuq kull art.

Currently Selected:

ĠENESI 41: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in