YouVersion Logo
Search Icon

EŻODU 34

34
Kapitlu 34
Twavel ġodda
1Il-Mulej qal lil Mosè: “Fassal żewġ twavel tal-ġebel bħal ta’ qabel, u jien nikteb fuq it-twavel il-kliem li kien hemm fuq ta’ qabel, u li int kissirt.#Dt 10,1-2. 2Lestihom għal filgħodu, u filgħodu itla’ fuq il-muntanja tas-Sinaj, u oqgħod hemm, u stennieni fuq il-quċċata. 3Ħadd ma għandu jitla’ miegħek u ebda bniedem ma għandu jidher f’ebda post tal-muntanja; lanqas ma jkun hemm jirgħu mrieħel jew baqar ħdejn il-muntanja.”
4Mosè fassal żewġ twavel tal-ġebel bħal ta’ qabel, u qam filgħodu kmieni, u tala’ fuq il-muntanja tas-Sinaj, kif kien ordnalu l-Mulej, u ħa f’idejh iż-żewġ twavel tal-ġebel. 5Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm maġenbu; u xandar l-isem tal-Mulej. 6U l-Mulej għadda minn quddiemu u għajjat: “Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà.#Eż 33,18-23. #Eż 3,14; 20,5-6; Num 14,18; Dt 5,9-10; Neħ 9,17; S 86,15; 103,8; 145,8; Ġer 32,18; Naħ 1,3; Ġoel 2,13; Ġona 4,2; Ġw 1,14. 7Iħares it-tjieba għal elf ġenerazzjoni u jaħfer il-ħażen, id-dnub u l-ħtija; imma ma jħalli xejn għaddej; jikkastiga l-ħażen tal-missirijiet f’uliedhom u f’ulied uliedhom sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni.” 8Mosè minnufih inxteħet għal wiċċu fl-art, ta qima u qal: 9“Jekk jien tassew sibt ħniena quddiemek, Sidi, ħa jiġi Sidi ġo nofsna, nitolbok; għax dan hu poplu rasu iebsa. Aħfrilna ħżunietna u ħtijietna, u ħudna b’wirt għalik.”#Eż 32,11-14.
Il-liġijiet tal-patt
10U qallu: “Arani, se nagħmel patt: Se nagħmel l-għeġubijiet quddiem il-poplu tiegħek, li qatt ma saru fid-dinja kollha u fost ebda ġens, u l-poplu li int f’nofsu jara l-opri tal-Mulej; għax ħwejjeġ tal-biża’ dak li se nagħmel miegħek.#Eż 20. #Eż 23,32-33; Dt 7,1-5; 12,2-3; Ġw 1,17. 11Ħares kulma se nikkmandak illum. Arani se nkeċċi minn quddiemek l-Amurrin u l-Kangħanin, il-Ħittin u l-Periżżin, il-Ħiwwin, u l-Ġebusin.#Eż 23,23. 12Qis li ma tidħol f’ebda patt man-nies li joqogħdu fl-art li se tidħol fiha, li ma jkunux għalik nasba ġo nofsok. 13Ġarraf l-artali tagħhom; kisser il-plieri tagħhom u qaċċat ix-xbihat tal-Asera#34,13: Kisser il-plieri tagħhom u qaċċat ix-xbihat tal-Asera: il-plieri (massebot) kienu speċi ta’ ħaġar kbir wieqaf li jirrappreżentaw lil Bagħal, alla tal-fertilità; ix-xbihat tal-Asera kienu xbihat tal-alla-mara Asera, alla tal-fertilità..#Num 33,52. 14Tmilx ruħek u tqim ebda alla ieħor, għax il-Mulej ‘Għajjur’ ismu; Alla għajjur#34,14: Alla għajjur: ara nota Eż 30,5. hu.#Eż 20,5; 34,7; Dt 4,24; 5,9.
15“Qis li ma tidħol f’ebda patt man-nies li jgħammru fl-art, biex meta jiżnu wara l-allat tagħhom, ma jistednukx għas-sagrifiċċji lill-allat tagħhom, u int tiekol mill-artali tagħhom. 16U la tiħux mill-bniet tagħhom għal uliedek, inkella meta l-bniet tagħhom jiżnu wara l-allat tagħhom, iġiegħlu ’l uliedek ukoll jiżnu wara allathom.
17“Tagħmilx allat tal-metal imdewweb.#Eż 20,4; Lev 19,4; Dt 5,8-9.
18“Ħares il-festa tal-Ażżmi; għal sebat ijiem tiekol ħobż ażżmu, kif jien ikkmandajtek, fiż-żmien tax-xahar ta’ Abib; għax fix-xahar ta’ Abib ħriġt mill-Eġittu.#Eż 12,15-20; 23,15.
19“Kulma jitwieled l-ewwel mill-ġuf ikun tiegħi, u kull ferħ raġel tal-imrieħel tiegħek, għoġol jew ħaruf.#Eż 13,2. 20L-ewwel ferħ ta’ ħmar tifdih b’nagħġa, u jekk ma tifdihx b’nagħġa, iksirlu għonqu. L-ewwel fost uliedek tifdih; u ħadd ma għandu jersaq quddiemi u jara wiċċi b’idu f’idu.
Il-ħarsien tas-Sibt
21“Għal sitt ijiem taħdem, u tistrieħ fis-seba’ jum; tistrieħ ukoll fi żmien il-ħrit u fi żmien il-ħsad.#Eż 20,9-10; 23,12; 31,12-17; 35,2; Dt 5,12-15. 22“U tagħmel il-festa tal-Ġimgħat#34,22: Il-festa tal-Ġimgħat: festa b’radd il-ħajr fi tmiem il-ħsad, ħamsin ġurnata (pentekoste) wara l-Għid. Kienu joffru l-ewwel frott: ara Lev 23,10-12; Dt 16,9., tal-bikri ta’ ħsad il-qamħ; u l-festa tal-Ġabra f’għeluq is-sena.#Eż 23,16-17; Lev 23,1-44; Dt 16,10. 23Tliet darbiet fis-sena l-irġiel tiegħek jidhru quddiem is-Sid, il-Mulej, Alla ta’ Iżrael. 24Għaliex meta jien inkun keċċejt il-ġnus minn quddiemek u wessajt il-fruntieri tiegħek, ma jkun hemm ħadd li jixxennaq għal artek, meta titla’ biex tara wiċċ il-Mulej, Alla tiegħek, tliet darbiet fis-sena.
25“La toffrix bl-ażżmu d-demm tas-sagrifiċċju tiegħi; anqas ma għandu s-sagrifiċċju tal-Għid jitħalla għal filgħodu.#Eż 12,10; 23,18-19; Lev 2,11; Dt 26,2-11. 26L-aħjar tal-bikri tal-frott tar-raba’ tiegħek ġibu fid-dar tal-Mulej, Alla tiegħek.
“La tgħallix il-gidi f’ħalib ommu.”
27U l-Mulej qal lil Mosè: “Ikteb dawn il-kelmiet; għax fuq dawn il-kelmiet jien għamilt patt miegħek u ma’ Iżrael.”#Eż 34,10. 28Mosè baqa’ mal-Mulej erbgħin jum u erbgħin lejl, mingħajr ma kiel ħobż jew xorob ilma. U kiteb fuq it-twavel il-kliem tal-patt, l-għaxar Kelmiet.#Eż 24,18; Dt 9,9; 10,2-4.
Wiċċ Mosè jiddi
29Ġara li, meta niżel minn fuq il-muntanja tas-Sinaj biż-żewġ twavel tax-xhieda f’idu, Mosè ma kienx jaf li l-ġilda ta’ wiċċu kienet tiddi#34,29 Il-ġilda ta’ wiċċu tiddi: sinjal estern biex juri t-trasformazzjoni interna ta’ Mosè minħabba l-esperjenza diretta li kellu ta’ Alla. San Ġirolmu ttraduċa facies cornuta, mnejn ħarġet il-figura artistika ta’ Mosè bil-qrun ħerġin minn ġbinu. billi kien qorob lejh Alla.#2 Kor 3,7—4,6. 30U meta Aron, u l-ulied kollha ta’ Iżrael raw lil Mosè bil-ġilda ta’ wiċċu tiddi, beżgħu jersqu lejh. 31Iżda Mosè sejħilhom, u resqu lejh Aron u l-kbarat kollha tal-ġemgħa, u Mosè qagħad ikellimhom. 32Imbagħad resqu wkoll l-ulied kollha ta’ Iżrael, u Mosè ordnalhom kulma kien qallu l-Mulej fuq il-muntanja tas-Sinaj.#Ġw 1,17. 33Meta Mosè temm jitkellem magħhom, għatta wiċċu b’velu. 34Imma meta kien jidħol quddiem il-Mulej biex jitkellem miegħu, Mosè kien ineħħi l-velu sa ma kien joħroġ. Meta mbagħad kien joħroġ, kien jgħid lil ulied Iżrael kulma kien ordnalu l-Mulej. 35Meta wlied Iżrael kienu jħarsu lejn Mosè, kienu jarawlu l-ġilda ta’ wiċċu tiddi, u Mosè kien jerġa’ jqiegħed il-velu fuq wiċċu sa ma jerġa’ jidħol jitkellem mal-Mulej.

Currently Selected:

EŻODU 34: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in