YouVersion Logo
Search Icon

KOLOSSIN 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, appostlu ta’ Kristu Ġesù bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħuna,#1 Kor 1,1; Ef 1,1. 2lill-qaddisin u ħutna ta’ Kolossi#1,2: Kolossi: belt żgħira fil-Friġja, xi 200 km fuq il-Lvant ta’ Efesu, fit-Turkija tal-lum. li jemmnu fi Kristu. Il-grazzja lilkom u s-sliem minn Alla, Missierna#1,2: Alla, Missierna: ħafna Mss jżidu u Sidna Ġesù Kristu.!
Pawlu jiżżi ħajr lil Alla
3Niżżu ħajr dejjem lil Alla, il-Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, u nitolbu għalikom,#Ef 1,16; 1 Tess 1,2. 4għax aħna smajna bil-fidi li għandkom fi Kristu Ġesù, u bl-imħabba tagħkom għall-qaddisin kollha,#Ef 1,15. 5minħabba fit-tama li hemm tistenniekom fis-smewwiet, li intom smajtu biha meta tħabbritilkom l-ewwel darba l-kelma tas-sewwa tal-Evanġelju.#Ef 1,13. 6Dan wasal għandkom bħalma qiegħed jagħti l-frott u jikber fid-dinja kollha, bħalma għamel s’issa fostkom, sa minn meta smajtu bil-grazzja ta’ Alla u għaraftuha fis-sewwa.#Rum 1,13; 1 Tim 3,16. 7Dan tgħallimtuh mingħand il-maħbub Epafra, seħibna fix-xogħol tagħna u ministru fidil ta’ Kristu għalikom#1,7: Ministru fidil ta’ Kristu għalikom: test ieħor li jidħol flokna bħala ministru fidil ta’ Kristu.,#Kol 4,12. 8li għarraf lilna wkoll bl-imħabba li għandkom fl-Ispirtu.
Il-persuna u l-ħidma ta’ Kristu
9Għalhekk aħna wkoll, mindu smajna bikom, ma hedejniex nitolbu għalikom, u nibqgħu nitolbu li tagħrfu sewwa r-rieda ta’ Alla bl-għerf kollu u d-dehen spiritwali.#Ef 1,9-15; 5,1; Fil 1,9. 10Hekk tkunu tistgħu tgħixu sewwa kif jixraq lill-Mulej u togħġbuh f’kollox bil-frott ta’ kull opra tajba, u tikbru fl-għarfien ta’ Alla,#Ef 2,10; 4,1; Fil 1,27. 11titwettqu bil-qawwa kollha li tiġi mill-qawwa tal-glorja tiegħu, biex tkunu tifilħu ġġarrbu kollox bis-sabar. Ifirħu#Ef 1,19; 3,17. 12u roddu ħajr lill-Missier, li għamilkom denji li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl.#Ef 1,18. 13Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-maħbub,#Mt 3,17; Lq 22,53; Ef 1,6; 2,2; 6,12. 14li bih għandna l-fidwa, il-maħfra tad-dnubiet.#Ef 1,7.
15Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx,
il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;#Ġw 1,18; 2 Kor 4,4; 1 Tim 6,16; Lhud 1,3.
16għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art,
dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx,
Troni u Ħakmiet, Prinċipati u Setgħat#1,16: Troni u Ħakmiet, Prinċipati u Setgħat: potenzi spiritwali ’l fuq mill-bniedem li skont ma kienu jaħsbu dik il-ħabta kellhom sehem fit-tmexxija tal-ħolqien u d-dinja reliġjuża; ara Gal 4,3; 1 Pt 3,22..#Ġw 1,3-10.
17Kollox bih u għalih kien maħluq,
hu li hu qabel kollox,
u kollox fih qiegħed iżomm.#Ġw 1,1; 8,58.
18Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja.
Hu li hu l-bidu,
il-kbir li qam mill-imwiet,
sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox.#Atti 4,2; 26,23; Ef 1,22-23; 4,15; 4,23; Apk 1,5.
19Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha#1,19: Il-milja kollha: jiġifieri l-milja kollha tal-Mulej Alla, id-divinità sħiħa: ara Kol 2,9.;#Ġw 1,16; Ef 1,23; Kol 2,9.
20bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu; bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.#Rum 5,1; Ef 1,7-10; 2,13-16; 1 Ġw 2,2.
21Intom ukoll kontu ’l bogħod minn Alla u għedewwa tiegħu minħabba l-ħażen ta’ ħsibijietkom u għemilkom;#Rum 5,10; Ef 2,12; 4,18. 22imma issa sirtu ħbieb tiegħu permezz tal-mewt ta’ Ibnu mogħti għall-mewt skont il-ġisem, biex dan iressaqkom quddiemu qaddisa, safja u bla għajb,#Ef 2,14-16; 5,27. 23kemm-il darba intom iżżommu sħaħ fil-fidi; sodi bla ma titħarrku mit-tama tal-Evanġelju li intom smajtu, u li tħabbar lill-ħlejjaq kollha taħt is-smewwiet, u li tiegħu jien, Pawlu, sirt ministru.#Mk 16,15; Ef 3,17; 1 Tim 3,16; Lhud 3,14.
Il-ministeru ta’ Pawlu fil-Knisja
24Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja#1,24: Intemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja: jew: intemm dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu f’ġismi. Dawn huma l-provi li jġib miegħu x-xandir tal-Evanġelju, l-aktar imbagħad fl-aħħar tad-dinja: ara Mt 24,9; Apk 7,14..#Ef 3,13. 25Tagħha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla għalikom, jiġifieri li nxandar b’mod sħiħ il-Kelma ta’ Alla,#Ef 3,2-8. 26il-misteru li kien moħbi#1,26: Il-misteru li kien moħbi: il-pjan tas-salvazzjoni mfassal minn Alla sa mill-eternità, u issa rrivelat lill-insara li emmnu f’Ġesù Kristu. sa miż-żminijiet u l-ġenerazzjonijiet kollha, u li issa hu mgħarraf lill-qaddisin tiegħu,#Rum 16,25-26; Ef 3,3; 5,9-10. 27lil dawk li Alla ried jgħarrafhom kemm huwa kbir l-għana tal-glorja ta’ dan il-misteru fost il-pagani, li hu Kristu fikom, it-tama tal-glorja tagħkom.#Rum 16,25; Ef 1,18; 3,9; 1 Tim 1,1. 28Lilu aħna nħabbru lill-bnedmin kollha, u nwissu u ngħallmu lil kulħadd bl-għerf kollu biex inwasslu lil kull bniedem għall-perfezzjoni fi Kristu#1,28: Inwasslu lil kull bniedem għall-perfezzjoni fi Kristu: jew: Sabiex jasal kull bniedem fl-iskop tiegħu l-bniedem magħmul f’Ġesù Kristu..#Ef 4,13. 29Għalhekk jiena nitħabat u nissielet bis-saħħa tiegħu, li tinsab taħdem fija bil-qawwa kollha tiegħu.#Ef 3,7-20; Fil 4,13.

Currently Selected:

KOLOSSIN 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in