YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 5

5
Kapitlu 5
Ananija u Saffira
1Imma kien hemm raġel ieħor, jismu Ananija, u martu, li kien jisimha Saffira; dan biegħ għalqa li kellu, 2ftiehem ma’ martu, u warrab sehem mill-prezz tal-għalqa, u l-bqija ħadha u qegħedha f’riġlejn l-appostli.#Atti 4,34-35. 3Imma Pietru qallu: “Ananija, dan kif ħallejt lix-Xitan jidħollok f’qalbek biex gdibt lill-Ispirtu s-Santu u warrabt biċċa mill-prezz tal-għalqa?#Ġw 13,2. 4Mhux tiegħek kienet? U, wara li begħtha, mhux f’idejk kienu flusha? X’fettillek iddaħħal f’rasek biex tagħmel dan? Mhux lill-bnedmin gdibt, imma lil Alla.” 5Malli Ananija sama’ dan il-kliem, waqa’ u miet. U biża’ kbir ħakem lil dawk kollha li semgħu b’dan.#Atti 2,43; 5,11; 19,17. 6Imbagħad ġew iż-żgħażagħ, keffnuh, ġarrewh u difnuh.
7Għaddew xi tliet sigħat, u ġiet ukoll martu, bla ma kienet taf x’ġara. 8Pietru staqsieha: “Għidli ftit: daqshekk begħtuha l-għalqa?” Hi wieġbet: “Iva, daqshekk.” 9Imma Pietru qalilha: “L-għala ftehemtu bejnietkom u ttantajtu l-Ispirtu tal-Mulej? Araw, riġlejn dawk li difnu lil żewġek waslu fuq l-għatba tal-bieb u se jġorru lilek ukoll.”#1 Kor 10,9. 10F’daqqa waħda dik waqgħet mejta f’riġlejh. Xħin daħlu ż-żgħażagħ sabuha mejta, ġarrewha u difnuha ħdejn żewġha. 11U waqa’ biża’ kbir fuq il-Knisja kollha u fuq kull min sama’ b’dan.#Atti 2,43; 5,5; 19,17.
Sinjali u mirakli
12Bis-saħħa tal-appostli kienu jsiru ħafna sinjali u mirakli fost il-poplu. U huma lkoll qalb waħda kienu jinġabru flimkien fil-portiku#5,12: Portiku: ara nota 3,11. ta’ Salamun,#Ġw 10,23; Atti 2,43; 3,11; 6,8; 14,3; 15,12. 13u ħadd mill-oħrajn ma kien jissogra jissieħeb magħhom; imma kulħadd kien ifaħħarhom ħafna.#Atti 2,47. 14L-għadd ta’ dawk#5,14: L-għadd ta’ dawk: Dan il-vers jista’ jinqara hekk: Kotra kbira ta’ rġiel u nisa kienu jingħaqdu mal-Mulej permezz tal-fidi: jew: kienu jingħaqdu (magħhom) billi jemmnu fil-Mulej. li kienu jemmnu fil-Mulej, kemm irġiel kemm nisa, kien dejjem jiżdied u joktor,#Atti 2,41-47; 4,4; 6,7; 11,21. 15hekk li kienu wkoll iġorru l-morda tagħhom fuq sodod u mtieraħ u jqegħduhom fil-pjazez biex, xħin jgħaddi Pietru, jaqa’ mqar id-dell tiegħu fuq xi ħadd minnhom.#Mk 6,56; Atti 19,11-12. 16In-nies kienu jiġu mill-ibliet ta’ madwar Ġerusalemm, iġorru l-morda u lil dawk li kienu maħkuma mill-ispirti mniġġsa; u lkoll kienu jitfejqu.
L-appostli ppersegwitati
17Imbagħad qam il-qassis il-kbir u sħabu kollha mill-partit tas-Sadduċej, u, mimlija bl-għira#Atti 4,1-6. 18meddew idejhom fuqhom u xeħtuhom fil-ħabs pubbliku.#Atti 4,3. 19Iżda billejl anġlu tal-Mulej fetaħ il-bibien tal-ħabs, ħariġhom barra u qalilhom:#Atti 12,7-10. 20“Morru fit-tempju, u xandru lill-poplu kulma għandu x’jaqsam ma’ din il-ħajja.” 21Huma semgħu minnu, u filgħodu kmieni daħlu fit-tempju u bdew jgħallmu. Imbagħad ġie l-qassis il-kbir flimkien ma’ sħabu, sejjaħ laqgħa tas-Sinedriju, il-Kunsill kollu tax-xjuħ ta’ Iżrael, u bagħat iġib l-appostli mill-ħabs. 22Il-qaddejja marru, u ma sabuhomx fil-ħabs; u reġgħu lura bl-aħbar 23u qalulhom: “Il-ħabs sibnieh imsakkar tajjeb, u l-għassiesa kienu ħdejn il-bibien. Iżda xħin ftaħna, ma sibna lil ħadd hemm ġew.” 24Għal din l-aħbar il-kmandant tat-tempju u l-qassisin il-kbar baqgħu mħassbin fuqhom u fuq x’sata’ ġara.#Lq 22,42; Atti 4,1. 25Imbagħad ġie xi ħadd jgħidilhom: “Dawk li intom xħettu fil-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu ’l-poplu.” 26Il-kmandant tat-tempju mar għalihom mal-qaddejja u ġiebhom miegħu, iżda mhux bil-forza, għax kienu jibżgħu li l-poplu jħaġġarhom.#Mt 14,5; 21,26-46; Mk 11,32; 12,12; Lq 20,19; 22,2.
27Daħħluhom u ressquhom quddiem is-Sinedriju. U l-qassis il-kbir 28qalilhom: “Aħna għednielkom fuq li għednielkom biex ma tgħallmux fuq dan l-isem. U araw, issa mlejtu ’l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu titfgħu fuqna l-ħtija ta’ demm#5,28: Il-ħtija ta’ demm: ara nota Mt 27,24-25. dan il-bniedem!”#Mt 27,25; Atti 4,18. 29Iżda Pietru, flimkien mal-appostli, wieġeb u qal: “Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-bnedmin.#Atti 4,19. 30Alla ta’ missirijietna qajjem lil Ġesù li intom qtiltuh billi dendiltuh ma’ għuda.#Atti 2,23-32; 3,15; 4,10; 10,39-40; 13,30; 17,31. 31Alla għollieh bil-leminija tiegħu u għamlu kap u salvatur, biex jagħti lil Iżrael l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet.#Lq 24,27; Atti 2,33-38; Lhud 2,10. 32U ta’ dan kollu hawn xhieda aħna flimkien mal-Ispirtu s-Santu li Alla ta lil dawk li jobduh.”#Lq 24,48; Ġw 15,26-27; Atti 1,8; 2,32; 3,15.
33Xħin semgħu dan saħnu ħafna u waħħluha f’rashom li joqtluhom.#Atti 7,54. 34Imma wieħed Fariżew, jismu Gamaljel, mgħallem fil-Liġi u miġjub mill-poplu kollu, qam fis-Sinedriju u ordna li joħorġuhom ’il barra għal ftit.#Atti 4,15; 22,3. 35Imbagħad qal lil sħabu: “Irġiel ta’ Iżrael, iftħu għajnejkom x’sejrin tagħmlu lil dawn in-nies. 36Ftit żmien ilu qam Tewda u beda jgħid li hu xi ħaġa; u madwar erba’ mitt raġel qablu miegħu. Dan qatluh, u dawk kollha li kienu marru warajh tferrxu u ġew fix-xejn.#Atti 21,38. 37Warajh ġie Ġuda l-Galilew, fi żmien iċ-ċensiment, u ġibed poplu sħiħ warajh. Lil dan ukoll qatluh, u xterdu dawk kollha li kienu marru warajh.#Lq 13,1-2. 38Fuq dan li ġara issa, ngħidilkom: ħallukom minn dawn in-nies u itilquhom. Għax dan il-ħsieb jew ħidma tagħhom, jekk hi ġejja mill-bnedmin, għad tisfa fix-xejn; 39iżda jekk hi ġejja minn Alla, ma jseħħilkomx teqirduhom. Araw li ma ssibux ruħkom li qegħdin teħduha kontra Alla!” Imbagħad qagħdu fuq il-parir tiegħu.#Għerf 12,13-14. 40Sejħu lill-appostli quddiemhom, u, wara li tawhom is-swat, ordnawlhom li ma jitkellmux fuq l-isem ta’ Ġesù; imbagħad telquhom.#Atti 4,18. 41Iżda huma ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù#5,41: Minħabba l-isem ta’ Ġesù: fl-oriġinal ta’ Ġesù hi nieqsa; ara nota 3,16..#Mt 5,10-12; 1 Pt 4,13. 42U kuljum, fit-tempju u fi djarhom, kienu jgħallmu u jxandru bla waqfien li Ġesù hu l-Messija.#Atti 2,46; 17,3; 18,5.28.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 5: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in