YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 11

11
Kapitlu 11
Pietru jfisser ruħu lill-Knisja ta’ Ġerusalemm
1L-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla. 2Għalhekk, meta Pietru tala’ Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu 3u jgħidulu: “Inti dħalt għand nies li ma għandhomx iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom.”#Atti 10,28; Gal 2,12. 4Imbagħad Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom: 5“Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi; rajt xi ħaġa nieżla mis-sema, qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf, u wasal sa ħdejja.#Atti 10,9-20. 6Bqajt inħares lejh sewwa, u rajt bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru, u għasafar tal-ajru. 7U smajt leħen jgħidli: ‘Qum, Pietru, oqtol u kul.’ 8Imma jiena għedt: ‘Ma jkun qatt, Mulej! Għax qatt ma daħal ġo ħalqi ikel profan jew imniġġes#11,8: Ikel profan jew imniġġes: ara nota 10,14.!’ 9Għal darba oħra l-leħen mis-sema qalli, ‘Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes.’ 10Dan ġara għal tliet darbiet. Imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema. 11Sewwasew dak il-ħin, fid-dar fejn konna, waslu tlitt irġiel, mibgħuta għandi minn Ċesarija. 12L-Ispirtu qalli biex immur magħhom bla ma noqgħod nitħasseb. Miegħi ġew ukoll dawn is-sitt aħwa, u dħalna fid-dar ta’ dak ir-raġel.#Atti 10,23-45. 13Hu għarrafna kif kien ra l-anġlu f’daru, wieqaf quddiemu, u qallu, ‘Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru;#Atti 10,3-5. 14u hu jgħidlek kliem li bih issalva, int u l-familja tiegħek kollha.#Atti 10,22; 16,31. 15Kif bdejt nitkellem, l-Ispirtu s-Santu niżel fuqhom, bħalma kien niżel fuqna fil-bidu.#Atti 2,4; 10,44. 16Ftakart imbagħad fil-kelma tal-Mulej, meta qal, ‘Ġwanni għammed bl-ilma, iżda intom titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.’#Atti 1,5. 17Mela jekk Alla tahom l-istess don kif tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x’jien biex stajt inżomm lil Alla?” 18Meta semgħu dan il-kliem siktu, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: “Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja!”#Atti 13,48; 14,27.
Il-Knisja f’Antjokja
19Dawk li kienu xterdu minħabba l-persekuzzjoni li kienet qamet minħabba Stiefnu waslu sal-Feniċja, sa Ċipru u sa Antjokja#11,19: Antjokja: il-belt kapitali tal-provinċja Rumana tas-Sirja u ċentru kbir b’popolazzjoni mħallta ġejja minn kull rokna tal-Lvant. Hawn kien joqgħod il-Legat Ruman., u ma kienu jxandru l-kelma lil ħadd ħlief lil-Lhud biss.#Atti 8,1-4. 20Imma xi wħud minnhom kienu minn Ċipru u minn Ċireni, u dawn, meta ġew Antjokja, bdew ikellmu wkoll lill-Griegi u jxandrulhom l-Evanġelju tal-Mulej Ġesù.#Ġw 7,35. 21U id il-Mulej kienet magħhom, u kbir kien l-għadd ta’ dawk li emmnu u daru lejn il-Mulej.#Atti 2,41; 4,4; 5,14; 6,7; 11,24; 21,20. 22L-aħbar ta’ dan waslet f’widnejn il-Knisja ta’ Ġerusalemm, u għalhekk bagħtu lil Barnaba sa Antjokja. 23Meta dan wasal u ra l-grazzja ta’ Alla, feraħ u beda jħeġġiġhom biex jibqgħu b’rieda sħiħa magħqudin fil-Mulej.#Atti 13,43; 14,22. 24Għax hu kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u bil-fidi. U ġemgħa kbira ta’ nies ingħaqdet mal-Mulej.#Atti 2,41; 4,4; 5,14; 6,5-7; 11,21; 21,20-25; Atti 9,31. 25Imbagħad hu telaq lejn Tarsu jfittex lil Sawl, 26u, meta sabu, ħadu Antjokja. Għaddew sena sħiħa flimkien fil-knisja, u għallmu kotra kbira ta’ nies. Kien f’Antjokja li d-dixxipli għall-ewwel darba sejħulhom ‘Kristjani’.
27Dik il-ħabta xi profeti minn Ġerusalemm niżlu Antjokja.#Atti 13,1; 15,32. 28Wieħed minnhom, jismu Agabu, kellu sinjal mill-Ispirtu, u qam iħabbar li kien se jaqa’ ġuħ kbir#11,28: Ġuħ kbir: dan ġara bejn is-sena 46 u 48 WK. Klawdju: Imperatur ta’ Ruma mis-sena 41 sas-sena 54 WK. fuq l-art kollha. Dan seħħ tabilħaqq fi żmien l-imperatur Klawdju.#Atti 21,10. 29Għalhekk id-dixxipli qatgħuha li lkoll kemm kienu, kull wieħed skont ma kien jista’, jibagħtu l-għajnuna lil ħuthom li kienu joqogħdu fil-Lhudija. 30Hekk għamlu; u bagħtu l-għajnuna għand il-presbiteri ma’ Barnaba u ma’ Sawl.#Atti 12,25.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 11: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in