YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 2

2
Kapitlu 2
Nippridkaw lil Kristu msallab
1Meta jiena wasalt għandkom, l-aħwa, ma ġejtx inħabbrilkom il-Misteru ta’ Alla bi kliem kbir jew għaref#2,1: Bi kliem kbir jew għaref: qabel ma mar Korintu Pawlu kien Ateni, il-belt tal-kultura u l-għerf Grieg; hawn ipprova jagħmilha tal-filosfu u ma kkonverta lil ħadd, u tgħallem il-lezzjoni. F’Korintu ppriedka l-Evanġelju bla ħafna kliem ta’ għorrief u kkonverta ħafna nies. Xi wħud mill-Korintin issa qegħdin jgħajruh li mhux għaref u ma jafx jitkellem; l-Appostlu għalhekk qiegħed jiddefendi ruħu..#1 Kor 1,17. 2Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġa fostkom, ħlief lil Ġesù Kristu, u ’l dan imsallab.#Gal 6,14. 3U jiena ġejt għandkom dgħajjef, imbażża’ u mriegħed;#Atti 18,9. 4il-kelma u l-predikazzjoni tiegħi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi tal-għerf, imma bil-wiri tal-Ispirtu u l-qawwa,#1 Tess 1,5. 5sabiex il-fidi tagħkom tinbena mhux fuq l-għerf tal-bniedem, imma fuq il-qawwa ta’ Alla.
L-Ispirtu ta’ Alla
6Aħna ngħallmu l-għerf fost dawk li huma perfetti, imma mhux l-għerf ta’ din id-dinja, anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn.#Fil 3,15. 7Ngħallmu l-għerf ta’ Alla moħbi f’misteru, li Alla fassal qabel iż-żmien għall-glorja tagħna.#Rum 16,25; Kol 1,26. 8Ebda wieħed mill-mexxejja ta’ din id-dinja ma għarfu; kieku għarfuh, qatt ma kienu se jsallbu l-Mulej tal-glorja.#Ġak 2,1. 9Imma, bħalma hu miktub, aħna nħabbru “dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet,” u dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem, dak li Alla lesta għal dawk li jħobbuh.#Sir 1,10; Is 52,15; 64,4. 10Alla rrivelahulna permezz tal-Ispirtu; għax l-Ispirtu jgħarbel kollox, sa fil-qiegħ ta’ Alla.#Mt 13,11. 11Min qatt għaraf dak li hemm moħbi fil-bniedem jekk mhux l-ispirtu tal-bniedem li hemm fih? Hekk ukoll ħadd ma jagħraf dak li hemm f’Alla ħlief l-Ispirtu ta’ Alla.#Prov 20,27. 12Aħna ma ħadniex l-ispirtu ta’ din id-dinja, imma l-Ispirtu ta’ Alla, biex nagħrfu d-doni li Alla għoġbu jagħtina.#Ġw 16,13-14. 13Dawn il-ħwejjeġ ħabbarnihomlkom bi kliem li ma tgħallimniehx mill-għerf tal-bnedmin, imma mill-Ispirtu, u fissirna ħwejjeġ spiritwali lil nies spiritwali#2,13: Lil nies spiritwali: jew nies li għandhom l-Ispirtu fihom..#1 Kor 2,4. 14Il-bniedem naturali ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta’ Alla; għalih huma kollha bluha, ma jistax jifhimhom, għaliex ħadd ma jista’ jgħarbilhom jekk mhux bl-Ispirtu.#Ġw 8,47; 14,17; 1 Kor 1,23. 15Il-bniedem spiritwali jgħarbel kollox, u lilu ma jgħarblu ħadd.#1 Ġw 2,20.
16 Min hu dak li jista’ jifhem il-ħsieb tal-Mulej
biex ikun jista’ jgħallmu?
Imma aħna, aħna għandna fina l-ħsieb ta’ Kristu.#Is 40,13; Rum 11,34.

Currently Selected:

1 KORINTIN 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in