Imbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. Għax hemm miktub li
‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom
biex jieħdu ħsiebek sewwa,’
u li
‘fuq idejhom jerfgħuk,
ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla.’ ”
Wieġeb Ġesù u qallu: “Jingħad, ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ”