Dan jgħid il-Mulej, il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael;
“Jien hu l-Mulej, Alla tiegħek;
jien ngħallmek għall-ġid tiegħek,
u nqabbdek it-triq fejn għandek timxi.
Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi,
kien ikun bħal xmara sliemek,
u sedqek bħal mewġ tal-baħar