U ġara li wara dan kollu, mart sidu xeħtet għajnejha fuq Ġużeppi u qaltlu: “Imtedd miegħi.” U hu ma riedx, u qal lil mart sidu: “Ara, sidi ma jrid jaf b’xejn mingħandi dwar x’hawn fid-dar, u kulma għandu rħieh f’idejja. Ħadd mhawn fuqi f’din id-dar, u hu ma ċaħħadni minn xejn ħlief minnek, għax inti martu. U kif nista’ nagħmel dan il-ħażen hekk kbir u nidneb kontra Alla.”