1
ATTI TAL-APPOSTLI 16:31
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Huma weġbuh: “Emmen fil-Mulej Ġesù, u ssalva int u l-familja tiegħek.”
Compare
Explore ATTI TAL-APPOSTLI 16:31
2
ATTI TAL-APPOSTLI 16:25-26
Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl Pawlu u Sila bdew jitolbu u jfaħħru ’l Alla bl-innijiet, u l-ħabsin jisimgħuhom. F’daqqa waħda sar terremot hekk kbir li s-sisien tal-ħabs theżżu, minnufih il-bibien kollha nfetħu beraħ u nħall l-irbit ta’ kulħadd.
Explore ATTI TAL-APPOSTLI 16:25-26
3
ATTI TAL-APPOSTLI 16:30
Imbagħad ħariġhom barra u qalilhom: “Sinjuri, x’għandi nagħmel biex insalva?”
Explore ATTI TAL-APPOSTLI 16:30
4
ATTI TAL-APPOSTLI 16:27-28
Kif l-għassies stenbaħ u ra l-bibien tal-ħabs miftuħa beraħ, silet is-sejf u kien se jneħħi ħajtu b’idejh, għax stħajjel li l-ħabsin kienu ħarbu. Imma Pawlu għajjat b’leħen għoli u qallu: “Tagħmel ebda ħsara lilek innifsek, għax aħna lkoll hawn.”
Explore ATTI TAL-APPOSTLI 16:27-28
Home
Bible
Plans
Videos