Għax kieku rrid niftaħar, ma nkunx qed nitbellah, għax inkun qed ngħid is-sewwa. Imma nżomm ruħi lura, biex ma jkunx hemm min jaħseb li jien xi ħaġa aktar minn dak li jilmaħ fija jew minn dak li jismagħni ngħid. U li ma mmurx nintefaħ bija nnifsi minħabba fil-kobor tar-rivelazzjonijiet, tqegħditli xewka f’ġismi, messaġġiera tax-Xitan, biex toqgħod tniggiżni ħalli ma nintefaħx.