1
1 SAMWEL 16:7
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U l-Mulej qal lil Samwel: “Tħarisx lejn is-sura tiegħu, jew it-tul ta’ persuntu, għax jien diġà warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fl-għajn, imma l-qalb.”
Compare
Explore 1 SAMWEL 16:7
2
1 SAMWEL 16:13
U Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu. Minn dakinhar ’il quddiem niżel fuq David u ħakmu l-ispirtu tal-Mulej. U Samwel qam u mar Rama.
Explore 1 SAMWEL 16:13
3
1 SAMWEL 16:11
U ssokta jgħidlu: “Dawn huma t-tfal kollha?” “Għad fadal iż-żgħir,” wieġbu Ġesse, “qiegħed jirgħa n-nagħaġ.” U Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih u ġibu, għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn.”
Explore 1 SAMWEL 16:11
Home
Bible
Plans
Videos