1
ĠWANNI 10:10
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.
Bera saman
Njòttu ĠWANNI 10:10
2
ĠWANNI 10:11
Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.
Njòttu ĠWANNI 10:11
3
ĠWANNI 10:27
In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.
Njòttu ĠWANNI 10:27
4
ĠWANNI 10:28
U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.
Njòttu ĠWANNI 10:28
5
ĠWANNI 10:9
Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.
Njòttu ĠWANNI 10:9
6
ĠWANNI 10:14
Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili
Njòttu ĠWANNI 10:14
7
ĠWANNI 10:29-30
Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.”
Njòttu ĠWANNI 10:29-30
8
ĠWANNI 10:15
bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti.
Njòttu ĠWANNI 10:15
9
ĠWANNI 10:18
Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa’ neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri.”
Njòttu ĠWANNI 10:18
10
ĠWANNI 10:7
Għalhekk Ġesù raġa’ qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien.
Njòttu ĠWANNI 10:7
11
ĠWANNI 10:12
Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom.
Njòttu ĠWANNI 10:12
12
ĠWANNI 10:1
“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant.
Njòttu ĠWANNI 10:1
Heim
Biblía
Áætlanir
Myndbönd