1
ĠWANNI 15:5
Il-Bibbja
MB20
Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.
Compare
Avasta ĠWANNI 15:5
2
ĠWANNI 15:4
Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.
Avasta ĠWANNI 15:4
3
ĠWANNI 15:7
Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom.
Avasta ĠWANNI 15:7
4
ĠWANNI 15:16
Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kulma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom.
Avasta ĠWANNI 15:16
5
ĠWANNI 15:13
Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.
Avasta ĠWANNI 15:13
6
ĠWANNI 15:2
Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.
Avasta ĠWANNI 15:2
7
ĠWANNI 15:12
Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.
Avasta ĠWANNI 15:12
8
ĠWANNI 15:8
Din hi l-glorja ta’ Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.
Avasta ĠWANNI 15:8
9
ĠWANNI 15:1
“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi.
Avasta ĠWANNI 15:1
10
ĠWANNI 15:6
Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.
Avasta ĠWANNI 15:6
11
ĠWANNI 15:11
“Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.
Avasta ĠWANNI 15:11
12
ĠWANNI 15:10
Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu.
Avasta ĠWANNI 15:10
13
ĠWANNI 15:17
Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.
Avasta ĠWANNI 15:17
14
ĠWANNI 15:19
Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.
Avasta ĠWANNI 15:19